Futbol lokali
Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023: It-tim nazzjonali Malti fi Grupp E mad-Danimarka u r-Russja

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ttella’ biex jilgħab fi Grupp E ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023 flimkien mad-Danimarka, ir-Russja, il-Bożnija u l-Herzegovina, l-Ażerbajġan u l-Montenegro.

It-Tazza tad-Dinja tal-futbol tan-Nisa se ssir fl-Awstralja u n-New Zealand fl-2023.

Il-poloz tal-gruppi ttellgħu ftit tal-ħin ilu fejn l-Ewropa kellha jieħdu sehem 51 pajjiż li nqasmu f’sitt gruppi.

Il-partiti se jkunu qed jintlagħbu bejn Settembru ta’ din is-sena u Settembru tas-sena d-dieħla.

Ir-rebbieħa ta’ kull grupp jikkwalifikaw direttament mentri r-runners-up jieħdu sehem fil-play-offs li jintlagħbu f’Ottubru tas-sena d-dieħla.

L-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ntrebħet mill-Istati Uniti meta fil-finali kienu għelbu lil Olanda bi skor ta’ 2-0.

Il-gruppi kollha ttellgħu hekk:

Grupp A: Żvezja, Finlandja, Repubblika tal-Irlanda, Slovakkja u Ġorġja

Grupp B: Spanja, Skozja, Ukrajna, Ungerija u Gżejjer Faroe

Grupp C: Olanda, Iżlanda, Repubblika Ċeka, Belarus u Ċipru

Grupp D: Ingilterra, Awstrija, Irlanda Ta’ Fuq, Maċedonja, Latvja u Lussemburgu

Grupp E: Danimarka, Russja, Bożnija u Herzegovina, Ażerbajġan, MALTA, Montenegro

Grupp F: Norveġja, Belġju, Polonja, Albanija, Kosovo, Armenja

Grupp G: Italja, Żvizzera, Rumanija, Kroazja, Moldova u Litwanja

Grupp H: Ġermanja, Portugall, Serbja, Iżrael, Turkija u Bulgarija

Miktub minn...
TVM Sport