Tazza tad-Dinja tan-Nisa
Tazza tad-Dinja tan-Nisa: il-Ġermanja u Spanja fir-Round tas-16
Iċ-Ċina jistennew

Il-Ġermanja u Spanja għaddew għar-Round tas-16 tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tan-Nisa,  waqt li ċ-Ċina jistennew ikunux fost it-timijiet l-aħjar ikklassifikati fit-tielet post, wara li llejla ntemm il-logħob ta’ Grupp B fil-fażi finali li qed tintlagħab bi Franza.

F’Montpellier, il-Ġermanja għamluhom tliet rebħiet minn tlieta fil-grupp meta għelbu lill-Afrika t’Isfel 4-0 b’goals ta’ Melanie Leupolz, Sara Dabritz u Alexandra Popp fl-ewwel taqsima, u Lina Magull wara l-mistrieħ. Il-Ġermaniżi b’hekk jirbħu wkoll il-grupp b’punti massimi u issa jiffaċċjaw li wieħed mit-timijiet li jikkwalfika bis-saħħa tat-tielet post fir-Round tas-16: partita li tintlagħab f’Rennes fid-29 ta’ Ġunju.

Mal-Ġermanja minn Grupp B jgħaddu wkoll Spanja wara draw ta’ 0-0 f’Le Havre maċ-Ċina, li min-naħa tagħhom ikollhom jistennew biex ikunu jafu jkunux fost l-erba’ timijiet li jgħaddu xorta mal-aħhar sittax minkejja li ma jirbħux il-grupp jew jiġu runners-up.

Spanja u ċ-Ċina spiċċaw indaqs fil-grupp b’erba’ punti minn tliet logħbiet, imma Spanja jgħaddu awtomatikament b’differenza ta’ goals aħjar miċ-Ċiniżi. Spanja jmisshom lir-rebbieħa ta’ Grupp F: l-Istati Uniti jew l-Iżvezja: fil-konfront tar-Round tas-16 fit-28 ta’ Ġunju.

Il-partiti kollha tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA mir-Round tas-16 ‘il qudddiem se jixxandru dirett fuq TVM2 minbarra li jkunu wkoll live-streamed fuq tvm.com.mt/sport

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kien goal kmieni fil-logħba wara biss tliet minuti logħob ta’ Odion Ighalo li ta r-rebħa lin-Niġerja fuq it-Tunesija fil-logħba għat-tielet post fil-kompetizzjoni tat-tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Illejla intant fid-9pm tintlgħab il-finali…

Futbol lokali

It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta se jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. I Il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser…

Futbol internazzjonali

Atlético Madrid ħabbru akkwist ieħor matul dan is-suq tat-trasferimenti. Id-difensur laterali ta’ Tottenham Hotspur, Kieran Trippier, ingħaqad mat-tim Spanjol għas-somma ta’ €22 miljun. Il-plejer ta’ 28 sena telaq minn Londra…

Aktar