Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja tan-Nisa: L-Ingilterra fis-semifinali b’rebħa ta’ 3-0 fuq in-Norveġja

Kwartfinali

Norveġja 0  Ingilterra 3

Tliet gowls bla risposta poġġew lill-Ingilterra fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa meta għelbu lin-Norveġja bl-iskor ta’ 3-0. In-Norveġiżi jistgħu jħossuhom sfortunati li m’approfittawx minn ċertu żbalji difensivi tal-Ingliżi, biss l-avversarji kienu aktar b’saħħithom u sabu x-xibka tliet darbiet kif ukoll fallew penalty.

L-ewwel gowl wasal kmieni fil-logħba minn Scott wara biss tliet minuti u fl-40 minuta White rduppjat b’xutt sabiħ minn qagħda angolata biex għamlet l-iskor 2-0 sal-mistrieħ. Fis-57 minuta ġmiel ta’ xutt ta’ Bronze prattikament għalqet il-logħba għall-Ingliżi bit-tielet gowl, biss imbagħad Parris ma żiditx il-vantaġġ meta fit-83 minuta falliet penalty.

Illejla fid-21:00 tintlagħab it-tieni kwartifinali, bejn il-pajjiż ospitu u ċ-champions renjanti, Franza – Stati Uniti. Il-logħba tintwera diretta fuq TVM2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex plejer ta’ Manchester City Glyn Pardoe miet fl-età ta’ 73 sena. Pardoe jibqa’ l-aktar debuttant ta’ età żgħira li qatt kellu l-klabb. Hu kien iddebutta f’April tal-1962 fl-età ta’…

Futbol internazzjonali

Yves Jean-Bart, il-President tal-Federazzjoni tal-Futbol tal-Haiti, ġie sospiż għal 90 ġurnata mill-FIFA wara li ta fastidju lill-plejers tal-futbol femminili u ħajjarhom biex ikollhom x’jaqsmu miegħu sesswalment. Il-FIFA ħadet din id-deċiżjoni…

Futbol internazzjonali

Id-difensur tal-klabb ta’ Morecambe, Chrisitian Mbulu, miet fl-età ta’ 23 sena. L-ex plejer ta’ Motherwell kien beda l-karriera professjonali tiegħu ma’ Millwall u lagħab ukoll ma’ Brentwood, Braintree u Crewe….

Futbol internazzjonali

“Li se nilagħbu f’Anfield u ngħollu t-trofew fi stadium vojt mingħajr partitarji hu stramb ħafna,” qal Jordan Henderson, il-captain ta’ Liverpool. Ir-Reds kienu fil-quċċata tal-klassifika meta twaqqaf l-istaġun u għandhom…

Aktar