Tazza tad-Dinja tan-Nisa
Tazza tad-Dinja tan-Nisa: L-Olanda fis-semi finali wara rebħa fuq l-Italja

TAZZA TAD-DINJA TAL-FIFA TAN-NISA 2019

KWARTI TAL-FINALI

OLANDA……2

ITALJA……..0

L-Olanda jagħmluha għas-semi finali tal-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza tad-Dinja 2019 hekk kif rebħu kontra l-Italja bl-iskor ta’ 2-0.
L-Orange meritatament rebħu hekk kif kienu aħjar mit-taljani tul id-90 minuta bit-tfajliet taljani dehru għajjiena u ma kellhomx is-saħħa jwettqu reazzjoni.
L-Olandiżi minn fuq fis-70minuta permezz ta’ Vivianne Miedema, bit-tieni goal għalihom skorjat minn Stefanie Van der Gragt fl-aħħar għaxar minuti logħob.
Ma naqasx id-diżappunt tal-players taljani fi tmiem il-logħba li fissret ukoll tmiem il-ħolma tagħhom f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja tan-Nisa

Il-Ġermanja u Spanja għaddew għar-Round tas-16 tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tan-Nisa,  waqt li ċ-Ċina jistennew ikunux fost it-timijiet l-aħjar ikklassifikati fit-tielet post, wara li llejla ntemm il-logħob ta’ Grupp B fil-fażi…

Aktar