Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Rebħa għall-Kanada fuq il-Kamerun u draw bejn l-Arġentina u l-Ġappun

Fit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa komplew jintlagħbu l-ewwel logħbiet tal-gruppi, fejn matul il-ġurnata tat-Tnejn intlagħbu żewġ logħbiet.

GRUPP D

Arġentina 0 Ġappun 0

Draw ta’ mingħajr gowls fl-ewwel logħba għall-Arġentina u l-Ġappun fi Grupp D biex irnexxilhom jieħdu punt kull wieħed minn dan il-konfront. Il-logħba li ntlagħbet fil-Parc de Princes kienet xi ftit nieqsa minn azzjonijiet perikolużi, bit-tnejn li huma għadhom b’ċans tajjeb li jgħaddu mill-grupp għall-fażi li jmiss.

GRUPP E

Kanada 1 Kamerun 0

Kien gowl eżatt qabel il-mistrieħ li ddeċieda l-logħba favur il-Kanada, meta Buchanan sabet ix-xibka u dak il-vantaġġ żammewh matul it-tieni taqsima sa tmiem il-logħba. Fl-iStade de la Mosson f’Montpellier, il-Kanadiżi għamlu biss sostituzzjoni waħda kwarta mit-tim, mossa li ssorprendiet xi ftit meta wieħed iqis li din kienet l-ewwel logħba fil-grupp.

Illum ser jintlagħbu tliet logħbiet oħra mit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa:

GRUPP E

New Zealand – Olanda

GRUPP F

Ċili – Żvezja

USA – Tajlandja

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kampjonat Premier Ingliż 2019/20 Riżultati tal-Ħadd AFC Bournemouth 1 – 3 Manchester City Tottenham Hotspur 0 – 1 Newcastle United Wolverhampton Wanderers 1 – 1 Burnley

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A l-bieraħ filgħaxija wara li Juventus rebħu 1-0 kontra Parma, aktar tard daħlu fl-azzjoni Fiorentina u Napoli rebħa hawn ta’ 4-3 għal Napoli. Il-Viola fil-vantaġġ minn penalty ta’ Erick…

Futbol internazzjonali

Bundesliga, fost il-logħbiet tal-bieraħ mit-tieni ġurnata tispikka r-rebħa ta’ 3-0 ta’ Bayern Munich barra minn darhom għand Shalke fil-VELTINS-Arena. Il-protagonista għal Bayern Munich f’dan il-konfront kien Robert Levandovski li skorja…

Aktar