Rugby
Tazza tad-Dinja tar-Rugby: Air New Zealand b’filmat biex jinku lill-Irlandiżi

Il-linja tal-ajru ta’ New Zealand ħarġet filmat biex tinki lill-partitarji Irlandiżi qabel il-kwartifinali tas-Sibt fit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby. Il-filmat jagħti ‘struzzjonijiet ta’ sigurtà’ lill-partitarji Irlandiżi li għandhom jistennew xi turbulenzi fl-Istadium ta’ Tokjo matul il-kwartifinali. Il-partitarji jiġu mħeġġa wkoll sabiex jilbsu s-seatbelts, filwaqt li dawk li ser jaraw il-logħba mid-dar huma mħeġġa biex ma jużawx tagħmir elettroniku għaliex jistgħu jispiċċaw iwaddbuh lejn it-televixin.

Il-kwartifinali t’għada hija mistennija ħafna u dan għax fl-aħħar tliet logħbiet bejn l-Irlanda u New Zealand kienu tal-ewwel li ħarġu rebbieħa darbtejn, u allura hemm min qed jistenna li għada ċ-champions renjanti jispiċċaw eliminati.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Rugby

Rugby: L-Arġentin Agustín Pichot ikkonferma li hu rriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Viċi President tal-World Rugby kif ukoll minn rappreżentant ta’ pajjiżu fil-kunsill. Ir-Riżenja tiegħu waslet wara ftit jiem fejn hu kien…

Rugby

Il-komunita’ tar-Rugby Union f’Malta kienet sorpriża b’messaġġ li kien irrekordjat mill-eks stilla internazzjonali tat-team Nazzjonali Ingliż Jonny Wilkinson. F’dan il-messaġġ li ttella’ fuq il-paġna ta’ facebook tal-Malta Rugby Football Union…

Rugby

Tħabbret il-mewt ta’ Jordan Cox, plejer Ingliż tar-rugby. Cox kien ex plejer ta’ Hull KR u Warrington Wolves u fost l-aktar personaġġi popolari tar-rugby fl-Ingilterra. Hu kellu 27 sena. Il-kawża…

Rugby

Francis Kean, iċ-chairman tal-Fiji Rugby Union, irriżenja mill-kariga tiegħu minħabba akkużi ta’ omofobija u diskriminazzjoni. Kean qed ikun investigat mill-World Rugby u għandu akkużi serji kontra tiegħu fejn qed jingħad…

Aktar