Sports Internazzjonali
Tazza tad-Dinja tar-Rugby: L-Arġentina jtemmu b’rebħa wara edizzjoni diżappuntanti

L-Arġentina temmew fuq nota pożittiva parteċipazzjoni diżappuntanti fit-Tazza tad-Dinja dan hekk kif huma għelbu lill-Istati Uniti 47-17. Il-Pumas, li t-tamiet ta’ kwalifikazzjoni ġew fix-xejn wara telfiet kontra Franza u l-Ingilterra, għażlu tim bi players żgħażagħ u l-uċuh ġodda ħadu ċ-ċans tagħhom fejn ħasdu għal kollox lill-Amerikani.

Kien hemm żewġ tries għal Joaquin Tuculet u Juan Cruz Mallia b’dan tal-aħħar jiġi magħżul bħala l-player tal-Logħba. Din kienet id-disa’ rebħa minn daqstant logħbiet għall-Arġentina fuq l-Istati Uniti. Huma spiċċaw fit-tielet post fil-Pool tagħhom b’rebħiet fuq Tonga u l-Istati Uniti, riżultat li tal-anqas fisser kwalifikazzjoni awtomatika għall-edizzjoni tal-2023. Iżda żgur kien pass lura għall-Arġentini , semi finalisti telliefa fl-edizzjoni tal-2015.

F’logħbiet oħra llum l-Iskozja għelbu lir-Russja 61-0 filwaqt li Wales 29 Fiji 17. Il-fażi tal-aħħar sittax tibda nhar il-Ġimgħa bil-logħba Awstralja – Ġorġja.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post. It-tim…

Olimpijadi TOKYO 2020

‘United by Emotion’ hu l-motto il-ġdid tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi għal Tokjo 2020. Dan il-motto ġie żvelat f’ċerimonja li saret dalgħodu. L-għan tal-organizzaturi hu dak li jippruvaw iwasslu messaġġ ta’ diversità…

Formula 1

Il-Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom għall-istaġun li ġej bl-isem ta’ SF 1000. Iċ-ċermonja saret fit-Teatro Valli, f’Reggio Emilia u bdiet b’diskors minn Louis Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Ferrari. Il-Ferrari se jkunu…

Sports Internazzjonali

Eluf ta’ partitarji nġabru fil-belt ta’ Kansas biex jagħtu merħba lit-tim wara r-rebħ tas-Super Bowl. Il-Ħadd li għadda, The Kansas City Chiefs rebħu s-Super Bowl wara ħamsin sena, u l-partitarji…

Aktar