Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja U/17: Messiku u Brażil fil-finali

Il-Messiku u l-Brażil ser jikkontestaw il-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-sbatax il-sena.

Fl-ewwel semi finali tal-bieraħ il-Messik għaddew għas-spejjeż tal-Olanda wara l-għoti tal-penalties. Il-logħba spiċċat fi draw ta’ 1-1 fejn wara li Youri Pieter Regeer poġġa lill-Olanda fil-vantaġġ fl-74 minuta kien Efrain Alvarez li kiseb il-gowl tad-draw ħames minuti biss wara.

Intant il-Brażil dawru telfa f’rebħa dan wara li huma għelbu lil Franza bl-iskor ta’ 3-2. Kienu l-Franċiżi li ħadu vantaġġ doppju minn Arnaud Kalimuendo-Muinga fis-7 minuta u fit-13 il-minuta minn gowl ta’ Nathanael Mbuku. Iżda l-Brażil irrispondew b’wirja b’saħħitha fit-tieni taqsima fejn b’gowls minn Kaio Jorge fit-62 minuta, Veron fis-76 minuta u Lazaro minuta mit-tmiem kisbu post fil-finali.

Il-finali tintlagħab nhar il-Ħadd u tintwera diretta fuq TVM2

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Parma 2   Frosinone 1 Parma ħallew sal-aħħar sekondi biex għaddew għar-round li jmiss tal-Coppa Italia meta kontra t-tim tas-Serie B, Frosinone, huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Parma minn fuq fl-20…

Futbol internazzjonali

Il-Ħamis filgħaxija Everton keċċew lill-manager Marco Silva, inqas minn 24 siegħa mit-telfa fid-derby ta’ Merseyside kontra Liverpool. Bit-telfa kontra Liverpool, Everton waqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni u bħalissa jinsabu t-tielet mill-aħħar. Marco…

Futbol internazzjonali

Sheffield UTD 0   Newcastle UTD 2 Newcastle ħadu xi ftit tan-nifs fil-Kampjonat Ingliż meta l-Ħamis filgħaxija għelbu lil Sheffield UTD 2-0. Kien Saint-Maximin li fetaħ l-iskor mal-kwarta logħob, u Jonjo…

Futbol internazzjonali

Sassuolo 1   Perugia 2 Diżappunt għal Sassuolo fil-Coppa Italia meta fir-Round tas-16 tilfu kontra Perugia 2-1. Sal-ewwel 17-il minuta Perugia kienu diġa’ 2-0 minn fuq b’gowls ta’ Mazzocchi u Nicolussi….

Aktar