Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja U17: Il-Messiku, Spanja, il-Brażil u Franza fil-kwartifinali

Ġappun U17  0   Messiku U17  2

Żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu d-differenza bejn il-Ġappun u l-Messiku fil-logħba tar-Round tas-16 f’din it-Tazza tad-Dinja U17. Bir-rebħa ta’ 2-0 il-Messiku għaddew għall-kwartifinali. Il-gowls kienu skurjati minn Pizzuto fis-57 minuta u Munoz fl-74 minuta.

Spanja U17  2   Senegal U17  1

Spanja fil-kwartifinali tat-Tazza tad-Dinja U17 meta għelbu lis-Senegal 2-1. L-Ispanjoli fetħu żewġ gowls vantaġġ b’gowl f’kull taqsima. Navarro għamilhom 1-0 mas-27 minuta, b’Valera jirdoppja mas-siegħa logħob. Souleymane naqqas id-distakk fil-85 minuta, gowl li wasal tard wisq biex is-Senegal setgħu jippruvaw jerġgħu jiskurjaw.

Brażil U17  3   Ċili U17  2

F’logħba taħraq, il-Brażil kienu ftit aħjar miċ-Ċili biex għaddew għall-kwartifinali wara rebħa ta’ 3-2. Il-Brażiljani fetħu l-iskor wara biss 8 minuti permezz ta’ Kaio Jorge, biċ-Ċileni jġibu l-iskor indaqs fil-25 minuta b’gowl ta’ Cruz. L-istess plejer poġġa lil pajjiżu minn fuq għall-ewwel darba b’gowl fil-41 minuta, imma l-Brażiljani ġabu l-iskor indaqs eżatt qabel il-mistrieħ bil-penalty ta’ Kaio Jorge. Il-gowl ta’ Diego għall-Brażil fil-65 minuta kien id-differenza bejn it-tnejn li huma, għaliex anke wara li ċ-Ċili pruvaw iġibu l-iskor indaqs, ma rnexxilhomx biex spiċċaw eliminati.

Franza U17  4   Awstralja U17  0

Faċli għal Franza kontra l-Awstralja biex għamluha għall-kwartifinali meta għelbu lill-Awstralja 4-0. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien 1-0, bil-gowl ta’ Mbuku fis-6 minuta. L-istess plejer żied tnejn oħra fit-tieni taqsima biex għaqqad il-hat-trick, b’gowls fl-74 u fit-82 minuta, b’Millot jagħlaq il-logħba fis-87 minuta bl-iskor ta’ 4-0.

Illejla jintlagħbu żewġ logħbiet oħra mir-Round tas-16:

20:30 Ekwador U17 – Italja U17
00:00 Paragwaj U17 – Arġentina U17

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Plejer ta’ Bournemouth, li ismu għadu ma ssemmix, hu wieħed mill-aħħar żewġ każi ta’ persuni li nstabu pożittiv għall-coronavirus. S’issa, fil-Premier League Ingliż, instabu total ta’ 8 persuni li ttestjaw…

Futbol internazzjonali

L-Italja rebħet l-ewwel tournament tal-UEFA eEURO 2020. Dan it-tournament inawgurali sar biex jieħu post l-EURO 2020 li suppost kellha tibda fl-ewwel jiem ta’ Ġunju li ġej. Il-finali kienet fuq ħames…

Futbol internazzjonali

Il-player Ġermaniż Mario Goetze ikkonferma li mhux se jibqa’ ma’ Borussia Dortmund staġun ieħor. Dan ikkonfermah ukoll id-direttur tal-Club Michael Zorc. Il-coach attwali ta’ Borussia Lucien Favre qal li sfortunatament…

Futbol internazzjonali

Il-Ġurnal Sunday Times ta’ Londra illum ippublika rapport tal-kumpanija Edge Health li tanaliżża l-ħidma u l-istatistika tal-NHS, fejn din il-kumpanija ħarġet bil-konklużjoni li l-logħba taċ-Champions League bejn Liverpool u Atletico…

Aktar