Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja U17: L-Italja u l-Paragwaj fil-kwartifinali

Jiġi fi tmiemu r-Round tas-16 tat-Tazza tad-Dinja U17 biex issa għandna l-kwadru komplet tal-kwartifinali. Fl-aħħar żewġ logħbiet mir-Round tas-16, kienu l-Italja u l-Paragwaj li għaddew għall-fażi li jmiss.

Ekwador U17  0   Italja U17  1

Gowl kwarta mit-tmiem kien biżżejjed biex l-Italja għaddew mal-aħħar tmienja meta għelbu lill-Ekwador bl-iskor ta’ 1-0. Kien Oristanio li skurja l-uniku gowl fil-logħba fis-76 minuta, b’xutt sabiħ mid-distanza.

Paragwaj U17  3   Arġentina U17  2

L-Arġentina tilfu iż-żewġ gowls vantaġġ li bnew fl-ewwel taqsima, biex il-Paragwaj ħarġu bħala tim differenti fit-tieni taqsima u dawru l-logħba. Zeballos fetaħ l-iskor fis-27 minuta, b’Godoy jiskorja t-tieni fit-42 minuta, bl-Arġentina 2-0 minn fuq. Fit-58 minuta l-Paragwaj naqqsu d-distakk b’awto-gowl ta’ Cano, b’Torres iġib l-iskor indaqs fit-73 minuta. Kien Duarte li skorja l-gowl tar-rebħa erba’ minuti mit-tmiem biex il-Paragwaj kien l-aħħar tim li għadda għall-kwartifinali.

Il-Kwartifinali

10 ta’ Novembru: Olanda – Paragwaj

11 ta’ Novembru: Repubblika tal-Korea – Messiku

11 ta’ Novembru: Spanja – Franza

12 ta’ Novembru: Italja – Brażil

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

F’aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2020, mill-grupp ta’ Malta, fil-konfront dirett għal min jiġi fit-tieni post, l-Iżvezja għelbet lir-Rumanija 2-0 barra minn darha sabiex aċċertat ruħha mill-kwalifikazzjoni. Kien Marcus…

Futbol internazzjonali

Wara l-aħbar li żvela TVM Sport ftit tal-jiem ilu tal-possibbiltà tajba li AC Milan jiġu f’Malta għal training camp wara l-Milied, issa fl-Italja ħarġet l-aħbar li anki t-tim ta’ Napoli…

Futbol internazzjonali

Il-Messiku u l-Brażil ser jikkontestaw il-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-sbatax il-sena. Fl-ewwel semi finali tal-bieraħ il-Messik għaddew għas-spejjeż tal-Olanda wara l-għoti tal-penalties. Il-logħba spiċċat fi draw ta’ 1-1 fejn…

Futbol internazzjonali

Marcello Lippi irreżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali Ċiniż dan wara li huma tilfu kontra s-Sirja bl-iskor ta’ 2-1 f’logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022. Iċ-Ċina bħalissa jinsabu fit-tieni post…

Aktar