Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja U20: Il-Kolombja jgħaddu għall-kwartifinali bl-għoti tal-penalties

Kolombja 1  New Zealand 1 (6-5 wara l-għoti tal-penalties)

Il-Kolombja għamluha għall-kwartifinali tat-Tazza tad-Dinja U20 meta għelbu lin-New Zealand bl-għoti tal-penalties 6-5.

Kienu l-Kolombja li fetħu l-iskor mal-11-il minuta meta Reyes irnexxielu jsib ix-xibka, vantaġġ li żammewh għal 24 minuta għaliex Just skorja l-gowl tad-draw fit-35 minuta. Fit-tieni taqsima u fil-ħin barrani l-iskor baqa’ 1-1, tant li l-logħba kellha tkun deċiża bl-għoti tal-penalties.

Vera (KOL) – falla
Singh (NZ) – skorja
Carbonero (KOL) – falla
Bell (NZ) – falla
Perea (KOL) – skorja
Mata (NZ) – skorja
Sandoval (KOL) – skorja
Stensness (NZ) – falla
Angulo (KOL) – skorja
Mccowatt (NZ) – skorja
Balanta (KOL) – skorja
Cacace (NZ) – skorja
Cuesta (KOL) – skorja
Conroy (NZ) – falla

Intant, illum jintlagħbu tliet logħbiet oħra mir-Round tas-16:

17:30 Ukrajna – Panama
17:30 Urugwaj – Ekwador
20:30 Senegal – Niġerja

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kampjonat Premier Ingliż 2019/20 Riżultati tal-Ħadd AFC Bournemouth 1 – 3 Manchester City Tottenham Hotspur 0 – 1 Newcastle United Wolverhampton Wanderers 1 – 1 Burnley

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A l-bieraħ filgħaxija wara li Juventus rebħu 1-0 kontra Parma, aktar tard daħlu fl-azzjoni Fiorentina u Napoli rebħa hawn ta’ 4-3 għal Napoli. Il-Viola fil-vantaġġ minn penalty ta’ Erick…

Futbol internazzjonali

Bundesliga, fost il-logħbiet tal-bieraħ mit-tieni ġurnata tispikka r-rebħa ta’ 3-0 ta’ Bayern Munich barra minn darhom għand Shalke fil-VELTINS-Arena. Il-protagonista għal Bayern Munich f’dan il-konfront kien Robert Levandovski li skorja…

Aktar