Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja U20: Is-Senegal fil-kwartifinali wara rebħa fuq in-Niġerja

Senegal 2 Niġerja 1

Is-Senegal għamluha għall-kwartifinali tat-Tazza tad-Dinja U20, meta fir-Round tas-16 għelbu lin-Niġerja bl-iskor ta’ 2-1. Is-Senegal fetħu żewġ gowls vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, b’Sagna jiftaħ l-iskor fis-36 minuta u Niane għamilhom tnejn mat-tielet minuta fuq il-ħin regolamentari tal-ewwel taqsima.

In-Niġerja naqqsu d-distakk fil-50 minuta minn Okon imma ma rnexxilhomx isibu x-xibka għal darb’oħra biex għallinqas jisfurzaw il-ħin barrani u għaldaqstant spiċċaw eliminati minn din il-kompetizzjoni.

Illum jintlagħbu tliet logħbiet oħra mir-Round tas-16:

17:30 Franza – USA
17:30 Ġappun – Korea t’Isfel
20:30 Arġentina – Mali

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Meta Juventus għadhom lanqas biss ippreżentaw lil Maurizio Sarri bħala l-kowċ il-ġdid lill-media, it-Taljan jidher li diġa’ wera’ x-xewqa tiegħu mad-diriġenti dwar liema plejers jixtieq li jingħaqdu miegħu fil-ġimgħat li…

Futbol internazzjonali

GRUPP B Paragwaj 2 Qatar 2 Il-Qatar kellhom jiġu minn żewġ gowls minn taħt biex ħadu punt kontra l-Paragwaj fl-ewwel logħba minn Grupp B. Il-Paragwaj fetħu l-iskor kmieni fil-logħba, meta…

Futbol internazzjonali

L-Internazzjoanli Franċiż Paul Pogba ħasad lil kulħadd dalgħodu hekk kif ħarġet intervista li fiha hu qal li jixtieq esperejnza ġdida fil-karriera tiegħu fejn ta’ x’wieħed jifhem li mhux se jkompli…

Futbol internazzjonali

Wara ġimgħat u jiem ta’ spekulazzjoni l-aħbar li Maurizio Sarri se jitlaq lil Chelsea sabiex imexxi lil Juventus kienet ikkonfermata mill-Club ta’ Londra stess. Sarri kien iffirma kuntratt ta’ tliet…

Aktar