Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja U20: L-Ukrajna u l-Korea t’Isfel fil-finali

Ukrajna 1 Italja 0

L-Ukrajna huma l-ewwel tim li wasal sal-finali tat-Tazza tad-Dinja U20 hekk kif rebħu 1-0 kontra l-Italja. Il-gowl li ddeċieda l-logħba kien skurjat minn Serhiy Buletsa fis-65minuta. L-Ukreni kellhom lil Denys Popov imkeċċi ftit wara u spiċċaw jilagħbu b’għaxra għall-kumplament tal-logba. Mat-tieni minuta fuq il-ħin regolamentarti l-Italja kellhom gowl sabiħ ta’ Gianluca Scamacca mħassar b’deċiżjoni tal-VAR hekk kif il-plejer Taljan deher jolqot b’minkbu lid-difensur li kien qed jimmarkah.

Ekwador 0 Korea t’Isfel 1

Il-gowl ta’ Jun Choi fid-39 minuta kien biżżejjed biex il-Koreani għamluha għall-finali tat-Tazza tad-Dinja U20 meta għelbu lill-Ekwador bl-iskor ta’ 1-0. Għalkemm l-Ekwador pruvaw iwettqu reazzjoni b’mod speċjali fit-tieni taqsima, il-Koreani żammew iebes u rnexxilhom iżommu l-vantaġġ sad-90 minuta.

Il-finali tat-Tazza tad-Dinja U20 bejn l-Ukrajna u l-Korea t’Isfel tintlagħab nhar is-Sibt 15 ta’ Ġunju fis-18:00.

Il-logħba għat-tielet post bejn l-Italja u l-Ekwador tintlagħab nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju fit-20:30.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Porto Moussa Marega ħalla l-grawnd bi protesta wara korijiet razzisti fil-konfront tiegħu waqt il-logħba bejn Vitoria Guimaraes u Porto. L-attakkant ta’ 28 sena mill-Mali rnexxilu jiskorja t-tieni gowl…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Herry Gregg, l-ex gowlkiper Irlandiż ta’ Manchester United. Gregg baqa’ jissemma bħala wieħed mill-eroj tat-traġedja tal-ajru ta’ Munich li fiha kien involut it-tim ta’ Manchester United, lura…

Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Aktar