Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja U20: Rebħiet għall-Kolombja, Italja u Senegal fl-ewwel ġurnata

Polonja 0 Kolombja 2

Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed f’kull taqsima, l-ewwel minn Angulo fit-23 minuta, imbagħad Sandoval għalaq il-logħba fit-tielet minuta fuq il-ħin regolamentari.

Messiku 1 Italja 2

Bidu tajjeb għall-Italja meta fl-ewwel logħba għelbu lill-Messiku bl-iskor ta’ 2-1. Frattesi fetaħ l-iskor kmieni fil-logħba għaliex wara 3 minuti kien diġa’ poġġa lill-Italja minn fuq, imma De La Rosa għamel l-iskor indaqs fis-37 minuta u sa tmiem l-ewwel taqsima baqgħu 1-1. Fis-67 minuta kien Ranieri li reġa’ poġġa lill-Italja fil-vantaġġ, riżultat li żammewh sa tmiem il-logħba.

Tahiti 0 Senegal 3

Bidu faċli għas-Senegal b’rebħa fuq Tahiti bl-iskor ta’ 3-0, bil-logħba tkun kważi magħluqa fl-ewwel taqsima. Is-Senegal fetħu l-iskor wara biss ftit sekondi meta Sagna sab ix-xibka u l-istess plejer skorja doppjetta man-nofs siegħa logħob. Fil-50 minuta kien l-istess Sagna li skorja hat-trick personali u ta rebħa importanti lil pajjiżu.

Ġappun 1 Ekwador 1

Draw bejn il-Ġappun u l-Ekwador fl-ewwel logħba tagħhom f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja U20. L-Ekwador marru fil-vantaġġ eżatt qabel il-mistrieħ b’awto-gowl ta’ Tagawa. Huma naqsu li jiftħu żewġ gowls vantaġġ fil-51 minuta meta Rezabala falla penalty u ta’ dan pattew qares għaliex il-Ġappun fit-68 minuta ġabu l-gowl tad-draw minn Yamada.

Illum jitkompla l-logħob tat-Tazza tad-Dinja U20 b’erba’ logħbiet:

18:00 Honduras – New Zealand
18:00 Qatar – Niġerja
20:30 Ukrajna – Stati Uniti
20:30 Urugwaj – Norveġja

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Gianluigi Buffon, l-ex goalkeeper ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan, fil-jiem li ġejjin jista’ jirritorna f’daru, maċ-champions Taljani. Din l-aħbar ikkonfermaha SIlvano Martina, l-aġent ta’ Buffon li mal-istazzjonijiet Taljani ta’…

Futbol internazzjonali

Il-midfielder Spanjol ta’ Manchester City David Silva qal li se jkun qed iħalli liċ-Champions Ingliżi fl-aħħar tal-istaġun li ġej. Mistoqsi direttament mill-ġurnalisti Ingliżi jekk hux se jkun qed ikompli jilgħab…

Futbol internazzjonali

Kulħadd jaf li l-Urugwajan Luis Suarez jitqatel waqt logħba futbol. Jagħmel minn kollox biex jiskurja, u jekk kemm-il darba ma jirnexxilux isib ix-xibka, jipprova kull tip ta’ manuvra sabiex b’xi…

Futbol internazzjonali

Italja 2  Ċina 0 Gowl f’kull taqsima kienu d-differenza bejn l-Italja u ċ-Ċina, b’tal-ewwel jgħaddu għall-kwartifinali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa. L-Italja fil-vantaġġ wara kwarta meta Giacinti fetħet l-iskor, u Galli rduppjat…

Aktar