Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja U20: Iktar logħbiet bil-live streaming illum fuq tvm.com.mt/sport
Il-bieraħ rebħiet għall-Polonja, l-Italja, il-Ġappun u s-Senegal

Logħob għal-lum

18:00 GRUPP Ċ Honduras – Urugwaj  (live streaming tvm.com.mt/sport)

18:00 GRUPP D Qatar – Ukrajna

20:30 GRUPP Ċ Norveġja – New Zealand

20:30 GRUPP D USA – Niġerja (live streaming tvm.com.mt/sport)

Ilbieraħ:

Minn Grupp A, Senegal għelbu lill-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0 b’gowls minn Niane u Lopy.

Aktar tard rebħa kbira mill-pajjiż ospitu, il-Polonja, meta għelbu lil Tahiti bl-iskor kbir ta’ 5-0. Il-gowls waslu minn Bednarczyk, Zyla, doppjetta ta’ Steczyk u gowl ieħor ta’ Benedyczak.

Minn Grupp B, il-Ġappun għelbu lill-Messiku bl-iskor ta’ 3-0. Taisei Miyashiro fetaħ l-iskor fil-21 minuta biex fit-tieni taqsima l-Ġappun skurjaw darbtejn oħra minn Kyosuke Tagawa fit-52 minuta u gowl ieħor minn Miyashiro fis-77 minuta għal skor finali ta’ Messiku 0 Ġappun 3.

L-Italja għelbu lill-Ekwador bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku wasal minn Andrea Pinamonti wara ħmistax il-minuta logħob. Fil-41 minuta tal-logħba l-Ekwador spiċċaw b’għaxar players hekk kif tkeċċa Porozo filwaqt li fit-tieni taqsima fallew penalty.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Serie A 2019/20 Riżultati tat-3 ġurnata Genoa 1 – 2 Atalanta Brescia 3 – 4 Bologna Parma 1 – 3 Cagliari Spal 2 – 1 Lazio AS Roma 4 – 2 Sassuolo

Futbol internazzjonali

KAMPJONAT PREMIER INGLIŻ Fil-ħames ġurnata tal-kampjonat Premier Ingliż, Norwich City ħasdu għal kollox liċ-champions Manchester City billi rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2. Din kienet l-ewwel telfa fil-kampjonat għas-Citizens. Norwich stabilixxew vantaġġ…

Futbol internazzjonali

Fit-23 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Klabbs Ewropej li saret f’Ġinevra, l-klabbs insistew fit-talba tagħhom biex ikun hemm riforma fil-kompetizzjonijiet ewropej. Il-proposta ppjanat li tibda fis-sena 2024 tinkludi l-formazzjoni ta’ tliet…

Futbol internazzjonali

Il-bieraħ komplew jintlagħbu aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati tal-Ewropa 2020 fejn il-Ġermanja kisbu rebħa importanti kontra l-Irlanda ta’ Fuq filwaqt li mill-istess Grupp l-Olanda komplew għaddejjin bir-rebħ. Dawn kienu r-riżultati…

Aktar