Futbol internazzjonali
Tazza tar-Re – Kwartifinali: Real Madrid u Barcelona xxukkjati u eliminati mill-kompetizzjoni

Real Madrid 3   Real Sociedad 4

Xokk fil-kwartifinali tat-Tazza tar-Re meta Real Sociedad marru fis-Santiago Bernabeu u għelbu lil Real Madrid bl-iskor ta’ 4-3. Dan ifisser li l-Madrileni ġew eliminati f’fażi aktar bikrija mill-istaġun li għadda, għaliex fl-2019 kienu tilfu ma’ Barcelona fis-semifinali. Real Sociedad fetħu l-iskor mat-22 minuta permezz ta’ Odegaard, vantaġġ li żammewh sa tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, f’temp ta’ żewġ minuti, Isak skorja darbtejn biex fetaħ tliet gowls vantaġġ għal Real Sociedad meta sab ix-xibka fl-54 u fis-56 minuta. Marcelo naqqas id-distakk għal-Los Blancos mas-siegħa logħob u għamilhom 3-1, imma Merino reġa’ sab ix-xibka għas-Sociedad u sas-70 minuta l-iskor kien 4-1. Minn hemm ‘il quddiem Real Madrid pruvaw iwettqu reazzjoni b’saħħitha ħafna u Rodrygo naqqas id-distakk fil-81 minuta u għamilhom 4-2, bl-aħħar gowl tal-Madrileni jasal minn Nacho fit-tielet minuta fuq il-ħin regolamentari.

It-tielet gowl ta’ Real Madrid wasal tard wisq biex jippruvaw għallinqas iġibu l-iskor indaqs u jisfurzaw il-ħin barrani, u għaldaqstant spiċċaw eliminati minn din il-kompetizzjoni.

 

Athletic Bilbao 1  Barcelona 0

F’dak li jista’ jitqies xokk ieħor fit-Tazza tar-Re, Athletic Bilbao għelbu lil Barcelona 1-0 bl-għajnuna ta’ wieħed mid-difensuri tat-tim Katalan. Barcelona, li fl-edizzjoni tas-sena l-oħra kienu waslu sal-finali mbagħad tilfu ma’ Valencia, din id-darba spiċċaw eliminati kiesaħ u biered b’gowl li wasal fit-tielet minuta fuq il-ħin regolamentari tal-logħba. Mill-cross fil-kaxxa Sergio Busquets bir-ras prova jtajjar il-ballun imma minflok spiċċa biex tefa’ fix-xibka tiegħu stess u qata’ passaġġ lil Athletic Bilbao għas-semifinali tat-Tazza.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Wolves 1   Manchester City 3 Rebħa għal Manchester City fil-Molineux Stadium meta marru għand Wolves u rebħulhom 3-1. Is-City fetħu żewġ gowls vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, b’De Bruyne jiskorja…

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Aktar