Olimpijadi TOKYO 2020
Team Canada jirtira mill-Olimpjadi jekk kemm-il darba jsiru fis-sajf li ġej

Il-Kumitat Olimpiku u Paralimpiku tal-Kanada ħabbar li Team Canada mhux ser jipparteċipa fl-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi tas-sajf li ġej minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Fl-aħħar 48 siegħa, diversi pajjiżi u atleti komplew jitfgħu l-pressjoni fuq il-gvern Ġappuniż u l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali sabiex il-logħob olimpiku jiġi pospost. L-Istati Uniti flimkien ma’ diversi kumitati olimpiċi oħra minn madwar id-dinja ħeġġew lill Prim Ministru Shinzo Abe biex jikkunsidra l-posponiment tal-Olimpjadi tas-saj li ġej.

S’issa diġa’ mietu aktar minn 13,000 madwar id-dinja minħabba l-pandemija tal-Covid-19 u huwa maħsub li jekk l-Olimpjadi jsiru xorta waħda ser ikunu qed jgħinu f’aktar tixrid ta’ dan il-virus. Tard il-Ħadd filgħaxija, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qal li ser jibda jiddiskuti l-possibilità li l-Olimpjadi jsiru aktar tard din is-sena, jew inkella jiġu posposti b’sena sħiħa, sakemm il-pandemija tal-coronavirus tkun ikkontrollata.

Team Canada huwa l-ewwel tim li ddeċieda li jirtira mil-logħob, u jekk mhux ser tittieħed deċiżjoni immedjata, probabilment ikun hemm timijiet oħra li jirtiraw, fi pressjoni li kulma jmur qiegħda tikber fuq l-organizzaturi tal-Olimpjadi. Il-kumitat tal-Atletika Dinjija flimkien mal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali u diversi kumitati olimpiċi madwar id-dinja laqgħu bil-ferħa l-aħbar li l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kien qiegħed jikkonsidra li jippsoponi l-logħob olimpiku tas-sajf li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Il-canoer Arġentin Sebastian Rossi kellu jsib mezz ġdid ta’ taħriġ f’nofs il-pandemija tal-Covid-19. Rossi, ta’ 28 sena, qiegħed jitħarreġ fil-pool tal-maħbuba tiegħu b’sistema differenti minn tas-soltu. Fejn qabel kien imur…

Olimpijadi TOKYO 2020

Jekk l-Olimpjadi ta’ Tokjo ma jsirux is-sena d-dieħla se jkunu kkanċellati għal kollox. Dan qalu l-kap ta’ dawn il-Logħob Yoshiro Mori. L-Olimpjadi ta’ Tokjo kellhom isiru fis-sajf li ġej iżda…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA qiegħda tikkunsidra tgħolli l-età tal-plejers li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla. Fil-preżent, fl-Olimpjadi, it-timijiet nazzjonali tal-futbol jistgħu jilagħbu plejers sal-età ta’ 23 sena iżda l-possibbiltà hi li…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-olimpiku Will Claye għadu kif nieda video fuq YouTube bil-kanzunetta “Dreams Don’t Die.” L-idea żviluppat wara l-posponiment tal-Olimpjadi għas-sena d-dieħla. L-atleta Claye, li rebaħ midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Rio fit-triple…

Aktar