Futbol lokali
Team Nazzjonali tan-Nisa – il-Ħamis logħba oħra tal-grupp f’Ta’ Qali kontra Izrael

It-Team Nazzjonali Malti tan-Nisa l-Ħamis imissu r-raba’ partita minn Grupp B ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat UEFA Euro 2021 meta jilqa’ lil Iżrael fis-Centenary Stadium: qabel imur Castel di Sangro fl-Aquila fejn jerga’ jmissu mal-Italja.

It-tfajliet Maltin tilfu t-tliet partiti tagħhom s’issa: imma wara bidu diżastruż away kontra d-Danimarka, tjiebu u żammew l-iskor rispettabbli fit-telfiet away ukoll mal-Bożnja u hawn Malta mal-Italja x-xahar li għadda: id-darbtejn 2-0.

Għal dawn iż-żewġ partiti, il-coach Mark Gatt sejjaħ skwadra t’għoxrin player: l-istess grupp ta’ kontra l-Italja biż-żieda ta’ Martina Borg u Alishia Sultana li qed jagħmlu r-ritorn tagħhom. Martina hija waħda minn seba’ players fl-iskwadra li jilagħbu ma’ timijiet barra.

Malta kontra Iżrael tan-Nisa l-Ħamis fis-Centenary Stadium fil-17:00 ta’ wara nofsinhar.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-telfa ta’ 2-1 ta’ Malta kontra n-Norveġja f’Ta’ Qali nhar it-Tnejn f’Ta’ Qali kienet l-aħħar waħda ta’ Ray Żażu Farrugia fit-tmexxija tat-team nazzjonali Malti. Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Malta Football…

Futbol lokali

KAMPJONAT EWROPEW U21 – GRUPP 8 TA’ KWALIFIKAZZJONI DANIMARKA….5 MALTA…………..1 Telfa kerha għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kontra d-Danimarka bi skor ta’ 5-1 f’partita minn Grupp 8 ta’…

Futbol lokali

Telfa ta’ 2-0 għal Malta fil-partita minn Grupp 6 tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena kontra Ċipru. Il-gowls ta’ Ċipru waslu fit-tieni taqsima fil-51 minuta minn Nicolasou…

Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa ngħata bidu għall-kampjonat tal-Mini Football li qed jiġi organizzat għall-ewwel darba mill-Malta Mini Football Association u li qed jintlagħab fil-grawnd tal-8-a-side tal-Marsa. Tmien timijiet qed jieħdu…

Aktar