Futbol lokali
Team Nazzjonali U21: Vella jħabbar skwadra proviżorja

Il-Kowċ nazzjonali ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella ħabbar l-iskwadra proviżorja ta’ 23 plejer bi preparazzjoni għall-partita minn Grupp 6 tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. It-tim Malti jilgħab kontra l-Iżvezja fl-Istadium taċ-Ċentinarju fis-7 ta’ Ġunju.

Fost dawk magħżula, Vella għażel erba’ plejers ġodda fl-iskwadra proviżorja għall-ewwel sessjoni tat-Tnejn li ġej. Dawn huma l-midfielder Nicholas Pulis ta’ Valletta, il-midfielder ta’ Qormi Yannick Yankam u l-plejer avvanzat ta’ Pietà Jan Busuttil. Magħżul ukoll hemm Christian Mercieca li jilgħab maċ-champions ta’ Għawdex Victoria Hotspurs. Aidan Friggieri rritorna fl-iskwadra.

Il-logħba kontra l-Iżvediżi hi s-seba’ waħda għat-tim Malti, bil-kumplament tal-logħbiet huma kollha f’pajjiżna. L-Iżvezja għelbet lil Malta 3-0 f’Ottubru li għadda.

Miktub minn...
TVMSports
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

UEFA Champions League: draw prestiġjuż ta’ 0-0 għal Valletta barra minn darhom għand iċ-champions Albaniżi Kukesi li jħallihom b’ċans tajjeB li javvanzaw għat-tieni round ta’ kwalfikazzjoni. Il-Belt bDew bil-formazzjoni Bonello,…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association tħabbar li għadha kemm ħatret erba’ kowċis ġodda fis-settur taż-żgħażagħ. Winston Muscat ġie maħtur bħala kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena. Muscat, li f’din il-kariga ħa…

Futbol lokali

Għada fis-Centenary Stadium fis-6pm Balzan jilqgħu lil Keshla tal-Ażerbajġan. F’konferenza stampa lejliet id-dwell tal-Ħamis tkellmu l-kowċ ta’ Balzan Marko Micovic, d-direttur sportiv Vlad Simovic u l-captain Steve Bezzina. Semmew kif…

Aktar