Team Nazzjonali Under 21: draw ta’ 0-0 fl-Irlanda ta’ Fuq

Wirja qalbenija mit-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena biex f’Ballymena żamm lill-Irlanda ta’ Fuq fi draw ta’ 0-0 fid-debutt fi Grupp 8 ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat UEFA Euro U21 għall-2021.

Kontra team fiżikament aktar b’saħħtu ż-żgħażagħ Maltin kellhom joqogħdu lura fl-ewwel taqsima li rat l-Irlandiżi fuq l-offensiva, imma bil-mod il-mod rabbew il-kunfidenza u begħdu l-periklu mil-lasta. Wara l-mistrieħ il-Maltin baqgħu komposti biex mat-tisfira finali ggwadanjaw punt meritat.

Minkejja l-pressjoni Irlandiża, it-team immexxi mill-coach Silvio Vella sab il-ħin jinkwieta lill-avversarji f’diversi okkażjonijiet: Kurt Shaw kien viċin b’daqqa ta’ ras fl-ewwel taqsima: fit-tieni 45 minuta Jan Busuttil ittanta xortih b’xutt mill-bogħod li l-goalkeeper Irlandiż Hazard salva b’diffikultà: u mas-siegħa logħob reġa’ kien Kurt Shaw li xxuttja ftit għoli minn barra l-kaxxa.

Riżultat finali: Irlanda ta’ Fuq o, Malta 0: draw prestiġjuż qabel il-Maltin imorru l-Ukrajna għat-tieni partita fil-grupp nhar it-Tlieta. L-Ukreni llum tilfu 2-0 f’darhom mal-Finlandja f’partita oħra mill-istess grupp.

Malta :- Andreas Vella, Zachary Grech, Gary Camilleri, Kurt Shaw, Nick Pulis, Jean Borg, Aidan Friggieri (Jan Tanti 81), Michele Sansone, Zachary Brincat (Omar Elouni 92), Jan Busuttil (David Xuereb 69), Myles Beerman

Coach – Silvio Vella.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partiti li ntlagħbu fid-21.00 tal-lejla, Manchester United għalbu f’darhom lil Club Brugge bi skor ta’ 5-0 u kwalifikaw għar-rawnd li jmiss. Fernandes jiftaħ l-iskor għar-Red Devils u Ighalo rduppja fl-34…

Futbol internazzjonali

Bayern Leverkusen kwalifikati wara li rebħu wkoll fil-Portugall kontra Porto bi skor ta’ 3-1. Alario fetaħ l-iskor għal Bayern wara 10 minuti logħob. Demirbay irdoppja fil-50 minuta. Havertz għamilhom fis-57…

Futbol internazzjonali

David Beckham ammetta li Lionel Messi u Cristiano Ronaldo huma fil-mira tal-klabb tiegħu Inter-Miami hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-kampjonat tal-futbol fil-pajjiż. Seba’ snin wara li kien beda l-proċess…

Futbol internazzjonali

Il-partita li kellha tintlagħab illejla mit-tieni rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League ġiet posposta minħabba alert ta’ maltemp qawwi. Din l-aħbar ikkonfermata anki l-UEFA. Fl-ewwel rawnd, il-Ġermaniżi rebħu bi skor…

Aktar