Futbol internazzjonali
Teddy Theuma jibqa’ jimpressjona ma’ Royale Union St. Gilloise hekk kif dawn għadhom l-ewwel fil-klassifika

Teddy Theuma, li jilgħab fl-għola Divizjoni tal-Kampjonat Belġjan ma’ Royale Union St. Gilloise bħalissa jinsab għaddej minn perjodu pożittiv ferm hekk kif it-team tiegħu qed jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika b’25 punt minn 12 -il logħba. Fl-aħħar konfront Theuma li hu wkoll il-captain tat-team kellu wirja mill-aqwa fir-rebħa li huma kisbu barra minn darhom kontra Eupen 3-2. Theuma skorja ukoll it-tieni goal għall-Union St Gilliose f’dan il-konfront meta dak il-ħin għamel l-iskor 2-0.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.