Futbol lokali
FILMAT: Tedesco jmexxi lil Ħamrun għal rebħa fuq l-eks team tiegħu Floriana

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Ħamrun Spartans…….2

Floriana…………………..0

Stadium Nazzjonali, Ta’ Qali

B’żewġ gols fit-tieni taqsima, Ħamrun Spartans għelbu lil Floriana fl-ewwel partita tagħhom dan l-istaġun.

Fit 23 minuta ċans tajjeb għall Floriana li setgħu marru fil-vantaġġ meta Emerson Marcellina għadda l-ballun lil Ignacio Varela li minn taħt Emmanuel Bartolo ra x-xutt tiegħu jiġi salvat tajjeb ferm mill-goalkeeper Ħamruniż. Sitt minuti wara ċans ieħor għall- Greens meta Steve Pisani kompla lejn Jacinto Cabral li minn quddiem Bartolo falla, meta għal darb’oħra l-goalkeeper Ħamruniż wettaq save ieħor brillanti. Pero’ żewġ minuti wara kienu l-Ħamruniżi ferm viċin li jiftħu l-iskor meta wara free-kick li ngħata minn Matthew Gauci, d-daqqa ta’ ras ta’Caetano Calil taħbat ma sieq il-lasti furjaniża bil-goalkeeper Akpan megħlub. Minuta qabel għalqet l-ewwel taqsima Alexsander Cini seraq ballun lid-difiza tal-Ispartans, ikkrosja lejn Varela iżda d-daqqa ta’ ras ta’ dan spiċċat ftit barra.

Fil 51 minuta, korner għal Floriana li ngħata minn Steve Pisani, daħal bil-ġirja Jacinto Cabral, li x-xutt tiegħu spiċċa barra. Fil-61 minuta xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Kevin Tulimieri u Akpan dawwar f’korner. Pero’ erba minuti wara l-Ispartans marru fil- vantaġġ, beda l-azzjoni Carlos Henneberg, Priso Doding bir-ras kompla għan-nofs daħal Kevin Tulmieri li mill-viċin għeleb lil Akpan. Fil-75 minuta xutt ċentrali ta’ Varela għadda ftit għoli. Żewġ minuti mit-tmien Ħamrun aċċertaw ir-rebha b’goal tas-sostitut Bradley Schembri wara pass tajjeb ta’ Calil.

Rizultat finali : Ħamrun Sp. 2 – Floriana FC. 0.

BOV Player tal-Partita: Kevin Tulimieri (Ħamrun Sp.)

Referee : Malcolm Spiteri.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Football lokali: Il-Kampjonat BOV Premier ikompli bil-raba’ ġurnata b’dan il-programm: Il-Ġimgħa Stadium Nazzjonali 19:00 Valletta – Qormi Victor Tedesco Stadium 18:00 Pieta’ Hotspurs – Senglea Athletic 20:15 Balzan – Mosta…

Futbol lokali

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier Senglea Athletic ħabbar li żewġ plejers mill-Arġentina li kienu diġà mal-klabb is-sena l-oħra repgħu ngħaqdu mal-klabb mill-Kottonera. Iż-żewġ plejers huma Matias Garcia u Augusto Casetes.

Futbol lokali

Hibernians għelbu lil Birkirkara fil-finali tas-Super Cup li ntlagħbet ilbieraħ filgħaxija fis-Centenary Stadium bi skor ta’ 3-0. Dan kien l-ewwel unur għal Hibernians wara nuqqas ta’ żewġ staġuni u r-rebħ…

Futbol lokali

Michele Paolucci ta’ Tarxien rebaħ l-ewwel unur tal-istaġun 2018/19 tal-Pejer tax-Xahar ta’ Awwissu. Wara li ngħaqad mar-Rainbows minn ma’ Floriana matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf, il-plejer Taljan ta’ 32 sena li…

Aktar