Olimpijadi TOKYO 2020
Telefonata bejn Putin u Bach fi tmiem is-sena 2020

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach u l-President tar-Russja Vladimir Putin kellhom l-ewwel telefonata ma’ xulxin minn mindu l-CAS it-Tribunal tal-Arbitraġġ Sportiv naqqas is-sospensjoni tar-Russja mill-attivitajiet internazzjonali minn erba’ snin għal sentejn.

Il-Kremlin ikkonfrma li t-telefonata saret minn Putin u kien konfermat ukoll li kienet telefonata kordjali.

Ir-Russja xorta se tibqa’ sospiża mill-Olimpijadi ta’ Tokjo tas-Sajf li ġej billi ma’ jindaqx l-innu nazzjoni u l-anqas ma’ jisemma l-pajjiż anke jekk l-eċċezzjonijiet ta’ atleti Russi li se jitħallew jikkompetu jitilgħu fuq il-podju f’xi waħda mill-kompetizzjonijiet.

Il-WADA kien issospenda lir-Russja wara li kien inkixef pjan ta’ doping fost l-atleti ffinanzjat u moħbi mill-Istat.

Ir-Russja kienet kostretta tikkompeti taħt bandiera newtrali wkoll fl-Olimpijadi tax-Xitwa u fil-Paralimpijadi ta’ Pyeongchang.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.