Futbol lokali
Telfa ta’ 4-0 għaż-żgħażagħ Maltin fl-Ukrajna

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena tilef kontra l-Ukrajna 4-0 f’logħba minn Grupp 8 ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat ewropew. Din kienet it-tieni logħba ta’ Malta f’dan il-grupp wara d-draw ta’ mingħajr gowls kontra l-Irlanda ta’ Fuq erbat ijiem ilu.

L-Ukrajna bnew vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel taqsima fejn wara 17-il minuta kien Topalov li skorja b’xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa. Erba’ minuti wara kien Rusyin li skorja mill-viċin wara azzjoni tajba fuq ix-xellug u ħames minuti mill-intervall kien Lednev li skorja b’xutt minn tarf il-kaxxa.

Fit-tieni taqsima wasal ukoll ir-raba’ gowl skorjat minn Tsitaishvili wara azzjoni personali fit-83 minuta.

Il-kowċ Silvio Vella lagħab b’din il-formazzjoni: Andreas Vella, David Xuereb, Jan Tanti (Aiden Friggieri), Kurt Shaw, Michele Sansone, Nicholas Pulis (Jamie Zerafa), Zachary Grech, Gary Camilleri,  Zachary Brincat (Omar Elouni), Jean Borg, Myles Beerman (Jan Busuttil)

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-telfa ta’ 2-1 ta’ Malta kontra n-Norveġja f’Ta’ Qali nhar it-Tnejn kienet l-aħħar waħda ta’ Ray Żażu Farrugia fit-tmexxija tat-team nazzjonali Malti. Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Malta Football Association ħabbret…

Futbol lokali

KAMPJONAT EWROPEW U21 – GRUPP 8 TA’ KWALIFIKAZZJONI DANIMARKA….5 MALTA…………..1 Telfa kerha għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kontra d-Danimarka bi skor ta’ 5-1 f’partita minn Grupp 8 ta’…

Futbol lokali

Telfa ta’ 2-0 għal Malta fil-partita minn Grupp 6 tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena kontra Ċipru. Il-gowls ta’ Ċipru waslu fit-tieni taqsima fil-51 minuta minn Nicolasou…

Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa ngħata bidu għall-kampjonat tal-Mini Football li qed jiġi organizzat għall-ewwel darba mill-Malta Mini Football Association u li qed jintlagħab fil-grawnd tal-8-a-side tal-Marsa. Tmien timijiet qed jieħdu…

Aktar