Futbol internazzjonali
Ten Pin Bowling: Iċ-champions OkMalta.com fl-ewwel post tal-Ewwel Diviżjoni tal-kampjonat wara l-ewwel rawnd

Żewġ punti biss jisseparaw iċ-champions OKMalta.com mir-rivali  FINA, hekk kif għadu kif spicca l-ewwel rawnd,  tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-bowling.

Iż-żewġ timijiet kellhom rebħa identika ta’ 6-2 , kif ukoll bl-aħjar scores tal-ġimgħa, bit-tim Fina jibbrilla b’935 fl-aħħar logħba, b’logħba ta’ 277 minn Sue Abela.

Fit-tielet post, kemmxejn maqtugħin, insibu lil Turu’s Knights wara t-telfa kontra FINA.

L-ogħla logħba tal-irgiel kienet 277 ta’ Joe Cassar, filwaqt li Justin Caruana Scicluna kellu l-aqwa series ta’ 682.

Fin-nisa, Cynthia Frendo Duca lagħbet l-aħjar series ta’ 645.

Mauro Anastasi u Sue Abela għandhom l-aħjar average fl-aħħar tar-rawnd.

Anastasi u  Abela se jkunu jirraprezentaw lil Malta, flimkien ma Caruana Scicluna u ż-żagħżugħa Sportiva tas-Sena  Sara Xuereb, fil-kampjonati tal-Mediterran li se jintlagħbu f’Malta fil bidu ta’ April.

Klassifika

DIV 1.  OkMalta.com 60, FINA 58, Turu’s Knights 40, Supersonic 38, Royal Shock, Blexr.com 36, XS Park Towers 34, Supreme 26, Strike me Jabaal 20, Mean Machine 12.

DIV 2   Bank of Valletta fuq quddiem, Blitzkrieg fit tieni post u wara  MIA fit-tielet post

DIV 3: One 4 All jinsabu l-ewwel segwiti min  PinPals u Greens

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA tas-sena 2023. Konfermat l-interess miż-żewġ Federazzjonijiet tal-Football Koreani sabiex jospitaw flimkien din l-edizzjoni. Dan kien konfermat mil-FIFA hekk kif b’kollox kien hemm disa’ pajjiżi li urew…

Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo reġa’ ssejjaħ mat-team Nazzjonali tal-Portugal sabiex jilgħab fiż-żewġ logħbiet ta’ Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew kontra l-Ukrajna u s-Serbja rispettivament. Il-player ta’ 34 sena sa issa lagħab 154…

Futbol internazzjonali

Id-derby Grieg bejn Panathinaikos u Olympiakos spiċċa abbandunat wara nkwiet kbir li nqala’ fil-grawnd fit-tieni taqsima. Il-qiegħa kienet taħraq sew sa minn qabel beda l-konfront u wara biss 4 minuti,…

Aktar