Bowling
Ten-Pin Bowling: Matthew Magro igib it-300 fl-ewwel jum tal-Cisk Lager Doubles League

Wara l-waqfa twila sfurzata minħabba COVID 19, l- staġun lokali kompetittiv tat-ten-pin bowling kellu bidu kbir, bic-Cisk Lager Doubles League organizzat mill-Eden Super Bowl, b’xi punteġġi għoljin ħafna li juru li l-bowlers tagħna, li reġgħu bdew it-taħriġ għall-aħħar ftit ġimgħat, qed jerġgħu lura ghal forma ta’ qabel.

Bla dubju,  l-qofol tal-ġurnata kienet il-prestazzjoni ta’ Matthew Magro ta’ 18-il sena, li lagħab l-ewwel logħba perfetta tiegħu ta’ 300 pin, biex isir l-iżgħar bowler Malti biex jikseb dan, u kiser ukoll is-serje rekord tiegħu stess ta’ 756.

Bit-tim mate tiegħu Sue Abela wkoll tilgħab serje qawwija ta’ 684, Double Impact ma kellhom l-ebda inkwiet biex jegħlbu lit-tim ta’ South Core, b’Kayden Lagana ta’ 12-il sena jilgħab serje tajba ta’589 għatt-telliefa.

Il-veteran Mark Spiteri kien viċin li jerġa jikseb it-300, meta ġab logħba ta’ 298, li għenet biex Generation XYZ jiksbu rebħa ta’ 6-2  kontra t-tim “Class of ’99”.

It-timijiet ta’ Volkswagen u  Swisslion kisbu wkoll rebħiet ta 8-0, kontra Lacoste u Bowling for Soup, rispettivament,  filwaqt li rebħiet ta’ 6-2 ġew irreġistrati minn Gillette, kontra King Pins  u mit-tim Red Strikers, fejn wara bidu kemmxejn bil-mod,  iż-żewg subien ta’ 13-il sena ta’ Red Strikers, sabu saqajhom fit-2 u t-3 logħoba biex għelbu lit team  “Olympics”.

Il-Kampjonat tad-Doubles Cisk Lager ikompli kull nhar ta’ Erbgħa filgħaxija fit-8 ta’ filgħaxija fl-Eden Super Bowl, bil-miżuri tas-sahha rikjesti kullimkien biex jiżguraw li l-patruni kollha jkunu jistgħu jgawdu l-ħin tagħhom hemm bl-iktar mod sigur possibbli.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Bowling

Sandra Xuereb u Kayden Lagana rebħu l-Gold Cup 2020 fil-Eden Super Bowl Xuereb, li bdiet il-bowling madwar sena u nofs ilu għelbet lil Liliana Spiteri fil-finali 176-170 u 174-164. Spiteri,…

Bowling

Kayden Lagana’ ta’ 12-il sena spiċċa t-tielet fil-kategorija tiegħu fil-ħames waqfa tal-YET ta dan l-istagun. Lagana telgħa fil-quċċata tal-grupp tiegħu magħmul minn 25 plejer fil-kwalifiki b’serje ta’ 1274. Lagana lagħab…

Bowling

Erba’ ġimgħat mil-bidu tal-istaġun tax-xitwa, OkMalta.com, mertu wkoll tal-plejer ġdid ta ’15-il sena Nicholas Muscat li ngħaqad magħhom , għelbu lil Strike Me Jabaal 8-0 biex iżommu l-punti massimi. Huma…

Bowling

Tenpin Bowling: Suċċess ieħor għal Malta f’dan l-isport hekk kif Mark Spiteri rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Masters talEuropean Seniors Cup li sar fi Vienna. Spiteri kien kiseb il-midalja tal-bronż fl-istess kompetizzjoni…

Aktar