Bowling
Ten Pin Bowling: OkMalta.com jitilgħu sitt punti vantaġġ f’ras il-klassifika

Ten Pin Bowling: OkMalta.com kabbru il-vantaġġ għal 6 punti fuq it- tim TOTAL fil-5 ġimgħa tal-Mapfre MSV Life l-ewwel Diviżjoni.

OKMalta.com, li fosthom jilgħab Mauro Anastasi, li għadu kif rebaħ il-kampjonati nazzjonali għas-sitt darba, u t-tim Total, fejn wieħed isib lil Sue Abela, li kisbet it-titlu nazzjonali għall-34 darba, komplew jiddominaw ix-xena lokali hekk kif it-tnejn irreġistraw rebħiet kontra l-avversarji tagħhom din il-ġimgħa.

L-aqwa plejers tal-ġimgħa kienu Nicholas Falzon ta’ OkMalta.com u Sara Xuereb ta’ Total Team.

Miktub minn...
TVM Sport