Bowling
Ten Pin Bowling: Philip Gruppetta b’rebħa konvinċenti fil-Masters

Philip Gruppetta, iż-żagħażugħ ta’ 23 sena, kellu wirja ferm konvinċenti fil Masters tat-ten pin bowling b’rebħa fil-final kontra ċ-champion nazzjonali Mauro Anastasi b’punteġġ ta’ 251 għal 174.

Anastasi u Gruppetta ddominaw l-aħħar fażi tal- kwalifikazzjoni biex spiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet għal finali bejn sitta.

Gruppetta lagħab kontra Melissa Swift u Kenneth Arpa, b’dan tal-aħħar jiġi eliminat bi split kiefer fl-aħħar frame tal-ewwel logħba, biex fit-tieni logħba, Gruppetta għeleb lil Swift.

Fil- grupp l-ieħor, Anastasi ddomina lil Rankin Camilleri u Neil Sullivan b’logħob ferm sabiħ.

Fil-final fuq logħba waħda, Anastasi beda kemmxejn ħażin, waqt li Gruppetta ħareg b’saħħtu bi tliet srikes wara xulxin.

Għalkemm Anastasi prova jirkupra bi strikes hu wkoll, Gruppetta baqa’ għaddej b’saħħtu u spiċċa jirbaħ il-Masters għall-ewwel darba.

Fit-tielet post spiċċaw Neil Sullivan u Melissa Swift.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Bowling

Kayden Lagana’ ta’ 12-il sena spiċċa t-tielet fil-kategorija tiegħu fil-ħames waqfa tal-YET ta dan l-istagun. Lagana telgħa fil-quċċata tal-grupp tiegħu magħmul minn 25 plejer fil-kwalifiki b’serje ta’ 1274. Lagana lagħab…

Bowling

Erba’ ġimgħat mil-bidu tal-istaġun tax-xitwa, OkMalta.com, mertu wkoll tal-plejer ġdid ta ’15-il sena Nicholas Muscat li ngħaqad magħhom , għelbu lil Strike Me Jabaal 8-0 biex iżommu l-punti massimi. Huma…

Bowling

Tenpin Bowling: Suċċess ieħor għal Malta f’dan l-isport hekk kif Mark Spiteri rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Masters talEuropean Seniors Cup li sar fi Vienna. Spiteri kien kiseb il-midalja tal-bronż fl-istess kompetizzjoni…

Bowling

Iċ-Champion Nazzjonali Sue Abela rebħet id-deheb fl-All Events  fil-kampjonati tas-Seniors fi Vjenna b’wirjiet qawwija speċjalment fis-singles fejn spiċċat fl-ewwel post b’medja ta’ 207 fuq 18-il logħba, 57 pin fuq Elga…

Aktar