Bowling
Ten-Pin Bowling: Sandra Xuereb u Kayden Lagana jirbħu l-Gold Cup 2020 fil-Eden Super Bowl

Sandra Xuereb u Kayden Lagana rebħu l-Gold Cup 2020 fil-Eden Super Bowl

Xuereb, li bdiet il-bowling madwar sena u nofs ilu għelbet lil Liliana Spiteri fil-finali 176-170 u 174-164.

Spiteri, li ddominat l-kwalifiki, spiċċat wkoll fl-ewwel post wara r-round robin fejn rebħet 4 mill-5 logħbiet tagħha.

Xuereb spiċċat fit-tielet post fir-round robin, biex l-ewwel għelbet lil Marthese Cossai u mbagħad kellha bżonn li tegħleb lil Spiteri darbtejn biex toħroġ rebbieħa.

Ir-4 post mar għand Kathryn Fenech, segwita minn Natasha Bianchi u Rachel Chircop.

Il-kompetizzjoni tal-irġiel kienet bħas-soltu ferm missielta.

Melvin Galea spiċċa l-ewwel wara l-kwalifiki b’vantaġġ komdu, iżda ngħata ġlieda tajba minn Chris Fenech ta’ 13-il sena li, wara li kkwalifika fir-4 post, ħareg sparat fir-round robin fejn kiseb 4 rebħiet b’medja tajba ta ‘185 biex wasal sat-2  post quddiem il-ħabib tiegħu ta’ 12-il sena Kayden Lagana.

Wara li tilef ma’ Fenech fl-aħħar logħba tar-round robin, Lagana għelbhu fid-decider biex jilgħab il-finali kontra Galea.

Lagana ma ħarisx lura u ħareġ rebbieħ denju b’rebħiet ta’ 210-176 u 178 -164.

Lagana, minbarra li sar l-iżgħar rebbieħ tat-Tazza tad-Deheb, b’hekk rebaħ it-Tazza tad-Deheb, tal-Fidda u tal-Bronż.

Mark Serge spiċċa fir-4 post, segwit minn Jonathan Sciberras u Nicholas Falzon.

Miktub minn...
TVM Sport