Tennis
Tennis – Albert Ramos-Vinolas jirbaħ fil-Portugall, Nikoloz Basilashvili rebbieħ fil-Ġermanja

L-Ispanjol Albert Ramos-Vinolas rebaħ it-tielet titlu ATP meta ġie minn sett minn taħt biex għeleb lill-Brittaniku Cameron Norrie. Fil-Portugall, Norrie beda tajjeb u rebaħ l-ewwel sett 6-4, imma Ramos-Vinolas irkupra fit-tieni wieħed u rebħu 6-3. Fit-tielet u l-aħħar sett, l-Ispanjol kien aħjar u rebħu 7-6(3), biex b’hekk rebaħ it-tielet titlu fuq it-tafal. Fil-passat huwa rebaħ l-Open ta’ Nordea fl-Iżvezja fl-2016 u l-Open ta’ Gstaad fl-Iżvizzera fl-2019.

 

 

Il-Ġorġjan Nikoloz Basilashvili ma kienx affettwat minn waqfa minħabba x-xita meta fi Munich għeleb lill-Ġermaniż Jan-Lennard Struff biex rebaħ il-BMW Open.

Basilashvili kellu bżonn biss 86 minuta biex jegħleb lill-avversarju f’żewġ sets. Huwa rebaħ l-ewwel wieħed 6-4, u rebaħ ukoll it-tieni 7-6(5).

F’Marzu li għadda Nikoloz Basilashvili rebaħ l-Open ta’ Qatar, filwaqt li fl-2018 u fl-2019 kien rebaħ l-Open ta’ Hamburg.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA