Tennis
Tennis: Andy Murray jirritorna wara l-injury u jirbaħ fl-ewwel rawnd tax-Shanghai Masters

Andy Murray irritorna wara l-operazzjoni li għamel f’ġenbu u rebaħ fl-ewwel rawnd tax-Shanghai Masters lil Juan Ignacio Londero tal-Arġentina.

L-Ingliż, ex numru 1 fid-dinja, rebaħ b’sets ta’ 2-6, 6-2 u 6-2 f’sagħtejn u 17-il minuta u issa jiltaqa’ kontra l-plejer numru 10 fir-rankings mondjali, it-Taljan Fabio Fognini, li min-naħa tiegħu avvanza għar-rawnd li jmiss wara li għeleb lill-Amerikan Sam Querey b’sets ta’ 6-4 u 6-2.

Is-seed numru 9 Gael Monfils għadda wkoll għat-tieni rawnd wara battalja kbira kontra t-Taljan Lorenzo Sonego, b’sets ta’ 7-5, 6-7 u 6-3 f’ħin ta’ sagħtejn u 33 minuta.

L-Ispanjol Albert Ramos-Vinolas għadda wkoll għat-tieni rawnd wara li għeleb lil Marin Cilic tal-Kroazja b’sets ta’ 6-4 u 6-4.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Ir-Russu Daniil Medvedev kellu wirja kbira u għeleb lil Alexander Zverev b’sets ta’ 6-4, 6-1 biex rebaħ ix-Shanghai Masters li għalih hu r-raba’ titlu tal-istaġun. Il-plejer Ġermaniż beda l-partita 4-0…

Tennis

Novak Djokovic għadda għall-kwarti tal-finali tax-Shanghai Masters wara li għeleb lil John Isner tal-Istati Uniti b’sets ta’ 7-5 u 6-2. Il-lejer numru wieħed fir-rankings mondjali ħa l-kontroll tal-partita b’services suċċessivi…

Tennis

Il-plejer numru wieħed fid-dinja Novak Djokovic, għall-ewwel darba fil-karriera, rebaħ l-Open tal-Ġappun. Dan kien is-76 titlu fl-Istorja. Djokovic iddomina din il-finali kontra John Millman tal-Awstralja u rebaħ b’sets ta’ 6-3…

Tennis

Tennis, Open taċ-Ċina: Alexander Zverev tal-Ġermanja kellu wirja kbira u għeleb lil Frances Tiafoe tal-Istati Uniti b’punteġġ ta’ 6-3 u 6-2 fl-ewwel rawnd tat-tournament. Is-seed numru 6 fir-rankings mondjali, ftit…

Aktar