Tennis
Tennis: Andy Murray jirtira mill-Open tal-Awstralja

Andy Murray mhux se jkun qed jikkompeti fl-Open tal-Awstralja minħabba injury.

Din l-aħbar tawha l-management tat-tim ta’ Murray proprju dalgħodu.

L-ex numru wieħed tad-dinja, li kien qed jaspira li jirritorna, iddeċieda li ma jivvjaġġax lejn Melbourne wara li baqa’ ma rkuprax sew mill-injury li laqtitu.

Murray tħarreġ normali matul il-ġimgħa li għaddiet iżda fuq pariri tat-tobba, se jkun qed jitlef dan it-tournament li jibda fl-20 ta’ Jannar u jintemm fit-2 ta’ Frar.

Fil-karriera tiegħu, Murray tilef ħames darbiet il-finali tal-Open tal-Awstralja.

Murray ta’ 32 sena, kien ħabbar li se jirtira mill-karriera sena ilu, iżda ftit wara kien reġa’ ħasiba u qal li se jkompli jipparteċipa.

Murray beħsiebu jirritorna fi Frar għall-Open Sud de France Tournament, li se jsir f’Montpellier.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Gael Monfils rebaħ it-tieni suċċess infila fl-Open ta’ Rotterdam, kif ukoll rebaħ titlu ieħor f’temp ta’ sebat ijiem. Il-Franċiż Monfils għeleb lill-Kanadiż Felix Auger-Aliassime f’żewġ sets, 6-2 6-4, biex wara…

Tennis

Noami Osaka soffriet minn telfa xokkanti b’sets ta’ 6-0 u 6-3 kontra l-Ispanjola Sara Sorribes Tormo hekk kif Spanja ħadu vantaġġ ta’ 2-0  kontra l-Ġappun. L-ex plejer numru wieħed fir-rankings…

Tennis

L-Amerikana Sofia Kenin irkuprat tajjeb wara li marret minn taħt u rebħet il-finali tal-Open tal-Awstralja kontra Gabrine Muguruza b’sets ta’ 4-6, 6-2 u 6-2. Kenin ta’ 21 sena, seed numru…

Tennis

Fl-Open tal-Awstralja, mill-kategorija tan-nisa magħrufa s-semifinalisti kollha hekk kif kmieni dalgħodu Simona Halep għelbet lil Kontaveit żewġ sets għal xejn. Ir-Rumena seed numru 4 rebħet is-sets 6-1 6-1 biex issa…

Aktar