Tennis
Tennis: Ash Barty tirbaħ l-Adelaide International

Il-plejer numru 1 fir-rankings mondjali Ash Barty rebħet it-tournament Adelaide International meta fil-finali ta’ dalgħodu għelbet lil Dayana Yastremska b’sets ta’ 6-2 u 7-5.

Barty ħadet siegħa u 25 minuta se tkun qed tipprova tirbaħ l-Open tal-Awstralja fl-ewwel tournament Grand Slam tas-sena. L-aħħar tennist Awtraljan li rebaħ dan it-tournament kien Chris O’Neil fl-1978.

F’din il-finali, Barty kellha 15-il winner. Hi kienet diġà għelbet lil Yastremska fl-uniku darba fil-karriera meta ltaqgħu f’Miami s-sena l-oħra.

L-ewwel partita ta’ Barty fl-Open tal-Awstralja tkun kontra l-Ukrena Lesia Tsurenko t-Tnejn li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

It-tennista Russa Maria Sharapova ħabbret permezz ta’ artiklu fuq il-magazine Vanity fair li se tkun qed tirtira mit-tennis kompettitiv Sharapova għandha 32 sena u fil-karriera tagħħa rebħet ħames Grand Slams….

Tennis

Gael Monfils rebaħ it-tieni suċċess infila fl-Open ta’ Rotterdam, kif ukoll rebaħ titlu ieħor f’temp ta’ sebat ijiem. Il-Franċiż Monfils għeleb lill-Kanadiż Felix Auger-Aliassime f’żewġ sets, 6-2 6-4, biex wara…

Tennis

Noami Osaka soffriet minn telfa xokkanti b’sets ta’ 6-0 u 6-3 kontra l-Ispanjola Sara Sorribes Tormo hekk kif Spanja ħadu vantaġġ ta’ 2-0  kontra l-Ġappun. L-ex plejer numru wieħed fir-rankings…

Tennis

L-Amerikana Sofia Kenin irkuprat tajjeb wara li marret minn taħt u rebħet il-finali tal-Open tal-Awstralja kontra Gabrine Muguruza b’sets ta’ 4-6, 6-2 u 6-2. Kenin ta’ 21 sena, seed numru…

Aktar