Tennis
Tennis: Ash Barty tirbaħ l-Open ta’ Miami

Ashleigh Barty rebħet it-titlu tal-Open ta’ Miami meta fil-finali li ntlagħbet is-Sibt hija għelbet lil Kanadiża Bianca Andreescu b’sets ta’ 6-3 u 4-0.

FIt-tielet logħba, il-Kanadiża waqgħet ħdejn il-baseline bil-konsegwenza li weġġgħat saqajha l-leminija.

Wara li spiċċat ir-raba’ logħba tat-tieni sett, Andreescu nfaqgħet tibki u kontra qalbha kellha tirtira.

 

Miktub minn...
TVM Sport