Tennis
Tennis: Ashleigh Barty tirtira mill-Open tal-Istati Uniti

Is-seed numru wieħed fit-tennis femminili rtirat mill-Open tal-Istati Uniti. Din kienet daqqa ta’ ħarta kbira għall-organizzaturi li mhux ser ikollhom l-aqwa tennista tikkompeti bejn il-31 t’Awwissu u t-13 ta’ Settembru li ġej. Ashleigh Barty spjegat li qiegħda tibża’ tivvjaġġa lejn l-Istati Uniti meta l-pandemija tal-Covid-19 għadha fl-aqwa tagħha f’diversi pajjiżi. Barty qalet li għalkemm kienet deċiżjoni diffiċli, ma tħosshiex komda li titfa’ lilha nnifisha u lit-tim tagħha f’riskju kbir li xi ħadd jispiċċa infettat bil-virus.

Barty kienet waħda mill-ewwel tennisti li kkummentat fuq l-Open tal-Istati Uniti li jsir fi Flushing Meadows, fejn matul l-imxija kien qed jintuża’ bħala sptar t’emerġenza.

Ashleigh Barty għadha qed ittellgħa u tniżżel jekk tikkompetiex fir-Roland Garros biex tiddefendi t-titlu, bl-Open mistenni jibda fis-27 ta’ Settembru wara li kien pospost minn Mejju li għadda.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-plejer Johanna Konta qalet li sofriet minn eċċitament żejjed f’qalbha waqt il-partita mit-Top Seed Open li lagħbet f’Lexington, f’Kentucky, ilbieraħ kontra Marie Bouzkova tar-Repubblika Ċeka u li tilfet 6-4, 6-4….

Tennis

Il-Franċiża Fiona Ferro saret l-ewwel tennista li rebħet WTA tournament fl-aħħar ħames xhur. Fil-finali tal-Palermo Ladies Open hija għelbet lil Anett Kontaveit 6-2, 7-5. Minn mindu tnaqqsu l-miżuri relatati mal-pandemija…

Tennis

Tennis: L-ex champions tal-Open tal-Istati Uniti, Andy Murray u Kim Clijsters ingħataw wild card biex ikunu jistgħu jikkompetu fl-edizzjoni tat-tournament ta’ din is-sena. Din l-aħbar ikkonfermawha l-organizzaturi stess. It-tournament se…

Tennis

Rafael Nadal qal li min jirbaħ l-Open tal-Istati Uniti xorta waħda ghandu jħossu rebbieħ ta’ Grand Slam anki jekk l-edizzjoni ta’ din is-sena se jkun hemm diversi tennisti nieqsa. Nadal…

Aktar