Tennis
Tennis – ATP Finals: Dominic Thiem jaħsad lil Rafael Nadal

Iċ-champion renjanti tal-ATP Finals, Stefanos Tsitsipas, rebaħ l-ewwel logħba tiegħu fil-kompetizzjoni meta għeleb lir-Russu Andrey Rublev 6-1, 4-6, 7-6(6). Huwa rebaħ fi tliet sets u kellu jitħabat biex għeleb lir-Russu. Bir-rebħa tiegħu, Tsitsipas ser ikun qed jilgħab kontra Dominic Thiem fis-semifinali wara li l-Awstrijak ħasad għalkollox lil Rafael Nadal.

B’wirja eċċellenti, Dominic Thiem kompla juri x’progress qiegħed jagħmel meta lil Nadal rebaħlu 7-6(7), 7-6(4), biex tela’ fl-ewwel post tal-grupp tiegħu.

Is-seed numru tlieta Thiem kien ftit aħjar mill-avversarju u Nadal ma setax isib tarf kif ser idawwar ir-riżultat. Issa Thiem ser jiltaqa’ ma’ Tsitsipas, it-tieni konfront bejniethom f’dawn l-ATP Finals, fejn fl-ewwel logħba kien l-Awstrijak li ħareġ rebbieħ.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA