Tennis
Tennis: Battikata għal Kei Nishikori biex għeleb lil Guido Pella fl-ewwel rawnd tal-Open ta’ Barcelona

Kei Nishikori kien f’tarf li jiġi eliminat mill-Open ta’ Barcelona hekk kif ilbieraħ kellu jisforza t-tielet sett u s-sett deċiżiv kontra Guido Pella tal-Arġentina.

Nishikori rebaħ b’sets ta’ 4-6, 7-6 u 6-2 biex għadda għat-tieni rawnd tal-kompetizzjoni f’partita li damet sejra sagħtejn u 39 minuta.

Għat-tieni rawnd għadda wkoll Egor Gerasimov tal-Belarus li għeleb lill-Franċiż Jo-Wilfried Tsonga b’sets ta’ 7-5 u 6-1.

L-Ispanjol Pablo Andujar għeleb lill-Franċiż Gilles Simon b’sets ta’ 6-1, 3-6 u 6-3.

 

Miktub minn...
TVM Sport