Tennis
Tennis: Bautista Agut jegħleb lil Andujar u jikkwalifika għat-tieni rawnd tal-Open ta’ Barcelona

Is-seed numru ħamsa Roberto Bautista Agut ta’ Spanja għeleb lill-kompattrijott tiegħu Pablo Andujar fit-tieni rawnd tal-Open ta’ Barcelona b’setts ta’ 6-4 u 6-3.

Is-seed numru ħdax Jannik Sinner għeleb lil Egor Gerasimov tal-Bulgarija fi straight sets ta’ 6-3 u 6-2.

Frances Tiafoe tal-Istati Uniti għeleb lill-Ispanjol Alcaraz Garfia b’sets ta’ 6-4 u 7-6.

Garfia kien l-iżgħar plejer ta’ dan it-tournament meta ta’ 17-il sena daħal jipparteċa permezz ta’ wild card.

Lorenzo Musetti tal-Italja kisser is-service ta’ Feliciano Lopez u għelbu b’setts ta’ 6-4 u 6-3.

Miktub minn...
TVM Sport