Tennis
Tennis: Bautista Agut u Auger-Aliassime jgħaddu għar-round li jmiss fit-tournament ta’ Cologne

Roberto Bautista Agut beda tajjeb ħafna f’Cologne meta għeleb lill-Franċiż Gilles Simon 6-4, 7-6(5). L-Ispanjol qiegħed jittama li jmur tajjeb f’dan it-tournament u jirreplika dak li gġamel f’Doha s-sena li għaddiet. Fil-kwartifinali ser jilgħab kontra Hubert Hurkacz.

Il-Kanadiż Felix Auger-Aliassime għeleb lil Henri Laaksonen 6-4, 6-1 filwaqt li l-Ispanjol Alejandro Davidovich Fokina ħasad lil Marin Cilic meta rebaħlu fi tliet sets, 3-6, 7-6(3), 6-2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA