Tennis
Tennis: Boris Becker akkużat bi frodi u ħabi tal-assi, jista’ jaħel sa seba’ snin ħabs

It-tliet darbiet champion ta’ Wimbledon Boris Becker qed jirriskja li jaħel seba’ snin ħabs wara li qed jiġi akkużat bi frodi u li ħeba mill-assi tiegħu.

Becker ċaħad dawn l-akkużi li fost l-oħrajn jgħidu li ma ddikjarax appartament li għandu f’Londra b’valur ta’ aktar minn miljun ewro u li kellu diversi kontijiet il-bank li mhux f’ismu.

L-ex stilla tat-tennis, li kien iddikjara falliment f’Ġunju 2017, deher fil-Qorti ta’ Westminister akkużat li naqas li jonora l-obbligi legali finanzjarji tiegħu.

Becker kellu 19-il akkuża kontrieh b’kollox li ċaħadhom kollha.

Miktub minn...
TVM Sport