Tennis
Tennis – Christian Harrison jasal sas-semifinali tad-Delray Beach Open

It-tennist Christian Harrison kompla għaddej bil-ħolma tiegħu fid-Delray Beach Open meta għadda għas-semifinali b’rebħa fuq it-Taljan Gianluca Mager 7-6(2), 6-4. Harrison beda dan l-ATP Tour fis-789 post fir-rankings dinjija, u qiegħed ikun is-sorpriża ta’ dan l-Open. Christian Harrison li għandu 26 sena, xejn ma kellu karriera feliċi s’issa, tant li b’kollox għadda minn tmien operazzjonijiet f’ġismu biex għadu jista’ jikkompeti.

Is-semifinali ser tkun sfida kbira għal Harrison li ser jaffaċċja lill-Pollakk Hubert Hurkacz li bħalissa jinsab fil-post numru 4 tar-rankings dinjija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA