Tennis
Tennis: Dimitrov u Coric pożittivi għall-coronavirus wara l-Adria Tour

It-tennisti Grigor Dimitrov u Borna Coric insatbu pożittivi għall-coronavirus wara li pparteċipaw fl-Adria Tour li organizza l-plejer numru wieħed fir-rankings mondjali Novak Djokovic.

Dimitrov, il-plejer numru 19, irtira mit-tieni tournament li kien se jieħu sehem fih, f’Zadar il-Kroazja, is-Sibt li ġej.

Hu kien ġie eliminat mill-Adria Tour proprju minn Coric u wisq probabbli kien hu li nfetta lit-tennista Kroat.

Dimitrov skuża ruħu ma’ Coric u mal-kumplament tad-dinja tat-tennis.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Tennis

Il-leġġenda Martina Navratilova, meqjusa bħala waħda mill-aqwa tennisti femminnili fl-Istorja, qalet li Coco Gauff hi tennista b’potenzjal li tista tibdel id-dinja għall-aħjar. It-tennista żagħżugħa Amerikana kellha diskors b’saħħtu ħafna waqt…

Tennis

Tennis: Tkompli l-kontroversja wara l-Adria Tour it-tournament tat-Tennis li organizza it-tennista Serb Novak Djokovic. Illum it-tennista Awstraljan Nick Kyrgios ikkritika bil-qawwa l-atteġjament xejn professjonali tat-tennista Alexander Zverev li meta dan…

Tennis

Maria Sharapova, waħda mill-aqwa tennisti femminili fid-dinja f’dawn l-aħħar snin, ħabret li rtirat mill-karriera professjonali tagħha. Ir-Russa ta’ 32 sena kellha karriera brillanti b’36 titlu WTA u kienet damet 21…

Aktar