
International Sports
Tennis: Diversi tennisti fi kwarantina qabel l-Open tal-Awstralja
Tennis: It-tennista numru tnejn Rafael Nadal deher fil-gallarija tal-lukanda fejn jinsab alloġġjat. Bħalissa t-tennista Spanjol ta’ 34 sena jinsab fi kwarantina ftit jiem biss qabel l-Open tal-Awstralja.
Nadal se jkun qed jingħaqad ma’ Novak Djokovic, Serena Williams u Naomi Osaka għal turnament ta’ preparazzjoni f’Adelaide speċjalment wara jintemm il-perjodu ta’kwarantina.
Aktar minn 70 plejer flimkien mal-kollegi tagħhom jinsabu f’dan il-perjodu ta’ 14-il ġurnata msakkrin fil-kmamar tagħhom tal-lukanda fejn għalissa ma jistgħux jitħarrġu wara li xi passiġġieri fi tliet titjiriet charter nstabu pozittivi għal Coronavirus.
L-Open tal-Awstralja jibda fit-8 ta’ Frar li ġej.