Sports Internazzjonali
Tennis: Eliminata Angelique Kerber mill-Open ta’ Franza

Ir-Russa Anastasia Potapova wettqet sorpriża hekk kif hija eliminat lis-seed numru 5 Angelique Kerber. Potapova, li tinsab fil-main draw għall-ewwel darba, rebħet il-partita bil-punteġġ ta’ 6-4, 6-2 f’logħba li ħadet 73 minuta. Għar-Russa din kienet l-ewwel rebħa tal-karriera kontra tennista minn fost l-ewwel għaxra tal-klassifika ranking.

Għal Kerber li rebħet tlett Grand Slams tul il-karriera tagħha dan kien diżappunt kbir. Hija kienet qed tirritorna wara li rtirat mill-Open ta’ Madrid u ma’ ħaditx sehem f’dak ta’ Ruma minħabba injury li kellha fl-għaksa.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-mara tal-ex champion tal-Formula 1 Michael Schumacher tkellmet dwar is-saħħa ta’ żewġha u f’kummenti li tat waqt intervista reġgħet xegħlet it-tama li s-sewwieq Ġermaniż jista’ jkun li qiegħed jirkupra tajjeb….

Sports Internazzjonali

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau ħareġ jiċċelebra flimkien ma’ 2 miljun ruħ għar-rebħ tal-NBA mit-Toronto Raptors. Skont il-Prim Ministru Kanadiż, din ma kenitx biss rebħa ta’ tim, imma rebħa ta’…

Sports Internazzjonali

Skont il-magazine Forbes, Lionel Messi hu l-aktar sportiv li qala’ flus tul is-sena li għaddiet. Messi, li skurja 36 gowl u għen lil Barcelona jirbħu l-kampjonat, matul is-sena li għaddiet…

Sports Internazzjonali

Danilo Petrucci rebaħ għall-ewwel darba tiġrija tal-Moto GP quddiem il-pubbliku tiegħu stess dan wara li kiseb l-ewwel post fil-Grand Prix ta’ Mugello. Is-sewwieq ta’ 28 sena li beda mit-tielet post…

Aktar