Tennis
Tennis: Fabio Fognini jirbaħ il-Masters ta’ Monte Carlo

It-Taljan Fabio Fognini rebaħ l-ewwel titlu tal-Masters f’Monte Carlo, fejn wara li ssorprenda lil kulħadd meta elimina lil Rafa Nadal, fil-finali huwa xejjen l-isfida tas-Serb Dusan Lajovic. It-Taljan ta’ 31 sena rnexxielu joħroġ rebbieħ wara li matul il-finali deher li kellu uġiegħ fil-muskolu, imma dan m’impedihx li jirbaħ l-ewwel titlu f’Monte Carlo fil-karriera tiegħu. Fognini sar l-aktar tennist li rnexxielu jirbaħ Masters meta jinsab fil-post numru 13 fil-klassifika tat-tennisti. Ħames ġimgħat qabel ir-Roland Garros, Fognini impressjona u b’hekk rebaħ id-disa’ titlu ATP. Għal Lajovic din kienet l-ewwel telfa f’Monte Carlo, fejn fl-aktar mument importanti għalih ma setax ilaħħaq mat-Taljan u tilef 6-3 6-4.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

L-Ispanjol Rafael Nadal rebaħ l-34 ATP Masters fil-karriera tiegħu meta fil-finali tal-Open ta’ Ruma għeleb lis-Serb Novak Djokovic b’żewġ sets għal wieħed. Nadal rebaħ l-ewwel sett 6-0, b’Djokovic jirrispondi fit-tieni…

Tennis

Tennis, fl-Open ta’ Ruma kienet Karolina Pliskova li rebħet fil-finali kontra Johanna Konta meta rebħitilha f’żewġ sets 6-3, 6-4 sabiex rebħet dan l-Open. Pliskova li hi mir-Republika Ċeka ma tilfitx…

Tennis

It-Taljan Fabio Fognini kellu bidu tajjeb fl-Open ta’ Ruma meta rnexxielu jegħleb lil Jo-Wilfried Tsonga. Is-seed numru 10, li huwa wieħed mill-favoriti minħabba li qiegħed jilgħab f’pajjiżu, għeleb lis-seed numru…

Tennis

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic xejjen l-isfida ta’ Stefanos Tsitsipas u fil-finali rebaħlu 6-3 6-4. Fl-Open ta’ Madrid is-Serb kien fl-aqwa tiegħu biex b’hekk rebaħ it-33 Masters tiegħu u laħaq…

Aktar