Tennis
Tennis: Fabio Fognini skwalifikat mill-Open ta’ Barcelona wara li insulta uffiċjal tal-logħba

Rafael Nadal ikkwalifika għal mal-aħħar 16 filwaqt li Fabio Fognini ġie skwalifikat wara li insulta uffiċjal tal-logħba, fl-Open ta’ Barcelona li għaddej bħalissa.

Nadal lagħab kontra Ilya Ivashka, seed numru 111 u rebaħ b’setts ta’ 3-6, 6-2 u 6-4.

Fabio Fognini tilef l-ewwel sett kontra Bernabe Zapata Miralles u kien 3-0 minn taħt fit-tieni sett sakemm għamel il-punteġġ 4-4. Kien hawnhekk meta seħħ l-inċident u abbuża verbalment mill-uffiċjali. F’konferenza ta’ wara l-partita, Fognini ċaħad li qatt kellem ħażin lil line judge.

Stefanos Tsitsipas għadda għat-tielet rawnd tal-Open meta għeleb lil Jaume Manur b’sets ta’ 6-0 u 6-2.

Miktub minn...
TVM Sport