Tennis
Tennis: Federer jegħleb lil Coric u jgħaddi għall-finali

Roger Federer resaq pass ieħor qrib il-mitt titlu tiegħu ATP meta lbieraħ għeleb b’mod faċli lil Borna Coric 6-2,6-2 fis-semi finali tad-Dubai Tennis Championships biex b’hekk ħa jiltaqa’ mal-Grieg Stefanos Tsitsipas fil-finali.

Federer ma kienx fl-aqwa forma tiegħu fir-rounds preċedenti, pero rnexxielu jkun formidabbli f’dan il-konfront hekk kif għeleb lil Kroat b’erba’ breaks f’67 minuta biex għamilha għall-finali.

Rebħa għall-Iżvizzeru tagħmlu t-tieni tennista maskili fl-era tal-Opens li jkun rebaħ mitt titlu wara l-Amerikan Jimmy Connors li rebaħ 109.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

L-Ispanjol Rafael Nadal sofra telfa xejn mistennija fis-semifinali tal-Masters ta’ Monte Carlo meta kien eliminat mit-Taljan Fabio Fognini. Din it-telfa kienet ħasda għall-Ispanjol, ħames ġimgħat qabel ma’ jibda l-Open ta’…

Tennis

L-Assoċjazzjoni Ewropea tat-tennis qed torganizza il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha f’Malta. Din hi t-tielet darba li l-Malta Tennis Federation irnexxielha ġġib f’pajjiżna avveniment ta’ tant importanza fil-kalendarju annwali tat-tennis Ewropej. David…

Tennis

L-Iżvizzeru Roger Federer rebaħ ir-raba’ Miami Open fil-karriera tiegħu w allura issa rebaħ 101 unur fil-karriera. Federer kien mgħejjun mill-uġiegħ li John Isner beda jħoss f’saqajh ix-xellugija, tant li bilkemm…

Tennis

Ser ikunu Roger Federer u John Isner li jilagħbu kontra xulxin fil-finali, meta rnexxilhom jirbħu s-semifinali rispettivi tagħhom, bl-Iżvizzeru jfittex ir-raba’ suċċess f’dan l-Open, filwaqt li l-Amerikan qiegħed jiddefendi t-titlu…

Aktar