Tennis – Federer mill-ġdid surmast u Żvizzera jirbħu t-Tazza Davis

Tennis

B’wirja mill-aqwa ta’ Roger Federer li għeleb lil Richard Gasquet fil-logħba deċisiva, l-Iżvizzera rebħu t-Tazza Davis meta għelbu lil Franza bl-iskor ta’ 3-1.

Federer irkupra fil-ħin minn uġiegħ f’daru li wasslu biex anke kellu jirtira l-Ħadd li għadda mill-finali tal-ATP World Tours Final f’Londra kontra Novak Djokovic.

Wirja stupenda għall-veteran Zvizzeru biex għeleb lil Gasquet fi tliet sets, u kkonferma l-potenzjal tiegħu wara l-ħasda ta’ nhar il-ġimgħa f’telfa xejn mistennija kontra Gael Monfils.

Diżappunt kbir għal Franza, hekk kif għalihom din kienet it-tielet telfa fl-aħħar tliet snin fil-finali tat-Tazza Davis.

Miktub minn...
Rodney Vassallo