Tennis
Tennis: Federer ser jiltaqa’ kontra Shapovalov fis-semifinali

L-Iżvizzeru Roger Federer għadda għas-semifinali tal-Miami Open meta għeleb lill-Kevin Anderson tal-Afrika t’Isfel. Għal Federer din setgħet titqies bħala logħba ta’ tpattija, fejn ikkontrolla mill-bidu sal-aħħar, tant li rebaħ f’żewġ setts 6-0 6-4. B’din ir-rebħa, Federer li għandu 37 sena, ser ikun qiegħed jilgħab kontra ż-żagħżugħ Kanadiż Denis Shapovalov li għad għandu 19-il sena. Shapovalov għeleb lill-Amerikan Frances Tiafoe fi tliet setts, u l-Kanadiż qiegħed ikun meqjus bħala wieħed mill-aqwa tennisti tal-ġenerazzjoni li tiela’. Shapovalov għadu qatt ma rebaħ titlu wieħed fit-tennis u allura quddiemu ser isib tennist li rebaħ kollox, 100 titlu fil-karriera u anke 3 unuri fl-Open ta’ Miami.

Il-Kanada tista’ tiftaħar li għandha żewġ tennisti żgħażagħ fis-semifinali, għaliex fl-oħra hemm Felix Auger-Aliassime ta’ 18-il sena li ser jilgħab kontra John Isner li qiegħed jiddefendi t-titlu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

L-Ispanjol Rafael Nadal rebaħ l-34 ATP Masters fil-karriera tiegħu meta fil-finali tal-Open ta’ Ruma għeleb lis-Serb Novak Djokovic b’żewġ sets għal wieħed. Nadal rebaħ l-ewwel sett 6-0, b’Djokovic jirrispondi fit-tieni…

Tennis

Tennis, fl-Open ta’ Ruma kienet Karolina Pliskova li rebħet fil-finali kontra Johanna Konta meta rebħitilha f’żewġ sets 6-3, 6-4 sabiex rebħet dan l-Open. Pliskova li hi mir-Republika Ċeka ma tilfitx…

Tennis

It-Taljan Fabio Fognini kellu bidu tajjeb fl-Open ta’ Ruma meta rnexxielu jegħleb lil Jo-Wilfried Tsonga. Is-seed numru 10, li huwa wieħed mill-favoriti minħabba li qiegħed jilgħab f’pajjiżu, għeleb lis-seed numru…

Tennis

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic xejjen l-isfida ta’ Stefanos Tsitsipas u fil-finali rebaħlu 6-3 6-4. Fl-Open ta’ Madrid is-Serb kien fl-aqwa tiegħu biex b’hekk rebaħ it-33 Masters tiegħu u laħaq…

Aktar