Tennis
Tennis: Federer u Tsitsipas it-tnejn li huma fis-semifinali

Fl-Open ta’ Dubai, Roger Federer baqa’ bit-tama li jirbaħ il-100 ATP Tour tiegħu meta issa għamilha għas-semifinali wara li għeleb lil Marton Fucsovics f’żewġ sets. Il-logħba kienet ikkaratterizzata mix-xita tant li kellha titwaqqaf darbtejn imma dan ma waqqafx mill-Iżvizzeru milli jibqa’ għaddej f’din il-kompetizzjoni. L-20 darba rebbieħ ta’ Grand Slam, issa jrid jistenna sabiex jara min ser ikun l-isfidant tiegħu fis-semifinali, jew Borna Coric inkella Nikoloz Basilashvili.

Anke ż-żagħżugħ Grieg Stefanos Tsitsipas ukoll irnexxielu jagħmilha għas-semifinali meta ġie minn sett minn taħt biex għeleb lill-Pollakk Hubert Hurkacz 2-1. Tsitsipas issa ser jaffaċċja lil Gael Monfils ta’ Franza wara li dan irnexxielu jirbaħ kontra Ricardas Berankis.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Ir-Russu Daniil Medvedev kellu wirja kbira u għeleb lil Alexander Zverev b’sets ta’ 6-4, 6-1 biex rebaħ ix-Shanghai Masters li għalih hu r-raba’ titlu tal-istaġun. Il-plejer Ġermaniż beda l-partita 4-0…

Tennis

Novak Djokovic għadda għall-kwarti tal-finali tax-Shanghai Masters wara li għeleb lil John Isner tal-Istati Uniti b’sets ta’ 7-5 u 6-2. Il-lejer numru wieħed fir-rankings mondjali ħa l-kontroll tal-partita b’services suċċessivi…

Tennis

Andy Murray irritorna wara l-operazzjoni li għamel f’ġenbu u rebaħ fl-ewwel rawnd tax-Shanghai Masters lil Juan Ignacio Londero tal-Arġentina. L-Ingliż, ex numru 1 fid-dinja, rebaħ b’sets ta’ 2-6, 6-2 u…

Tennis

Il-plejer numru wieħed fid-dinja Novak Djokovic, għall-ewwel darba fil-karriera, rebaħ l-Open tal-Ġappun. Dan kien is-76 titlu fl-Istorja. Djokovic iddomina din il-finali kontra John Millman tal-Awstralja u rebaħ b’sets ta’ 6-3…

Aktar